13 Malli tidħlu fil-belt, issibuh minnufih qabel ma jitlaʼ lejn il-post għall-qima biex jiekol; għaliex in-nies ma jistgħux jieklu qabel ma jasal hu, għax hu jbierku s-sagrifiċċju.+ Wara dan, l-ewwel li jieklu huma dawk li jkunu mistidnin. Mela itilgħu, għax bħalissa ssibuh.”
19 Imbagħad ordna lill-folol jinxteħtu fuq il-ħaxix u ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet. Refaʼ għajnejh lejn is-sema, qal talba+ u, wara li qasam il-ħobż, tah lid-dixxipli, u mbagħad id-dixxipli qassmuh lill-folol.+
6 Għalhekk, qal lin-nies biex jinxteħtu fl-art, ħa s-sebaʼ ħobżiet, radd ħajr,+ qasamhom, u beda jagħtihom lid-dixxipli tiegħu biex iservuhom, u dawn newluhom lill-folla.+