Proverbji 19:17 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 17 Min iħenn għall-batut ikun qed jislef lil Ġeħova,+ u Hu se jħallsu lura għal kif ittrattah.+ Proverbji 22:9 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 9 Dak li għandu għajnu ħanina se jitbierek għax ta mill-ikel tiegħu lill-batut.+ Ekkleżjasti 11:1 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 11 Ibgħat ħobżok+ fuq wiċċ l-ilmijiet,+ għax wara ħafna jiem int terġaʼ ssibu.+ Luqa 6:38 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 38 Idraw agħtu, u n-nies jagħtukom.+ Iferrgħulkom f’ħoġorkom kejl tajjeb, marsus, mheżżeż, u mfawwar. Għax bil-kejl li tkejlu, ikejlulkom lura.”+
38 Idraw agħtu, u n-nies jagħtukom.+ Iferrgħulkom f’ħoġorkom kejl tajjeb, marsus, mheżżeż, u mfawwar. Għax bil-kejl li tkejlu, ikejlulkom lura.”+