Efesin
6 Tfal, obdu lill-ġenituri tagħkom+ f’unjoni+ mal-Mulej, għax dan hu sewwa:+ 2 “Onora lil missierek u lil ommok”;+ li hu l-ewwel kmand b’wegħda:+ 3 “Biex jaħbatlek tajjeb u ddum żmien twil fuq l-art.”+ 4 U intom, missirijiet, iddejqux lil uliedkom,+ imma ibqgħu rabbuhom+ fid-dixxiplina+ u l-gwida mentali+ taʼ Ġeħova.
5 Intom l-ilsiera, obdu lis-sidien tagħkom tad-demm u l-laħam,+ bil-biżaʼ u t-tregħid+ u bis-sinċerità taʼ qlubkom, bħallikieku lill-Kristu, 6 mhux għal għajn in-nies, biex togħġbu lill-bnedmin,+ imma bħala lsiera taʼ Kristu, waqt li tagħmlu r-rieda t’Alla b’ruħkom kollha.+ 7 Kunu lsiera b’attitudni tajba, bħallikieku qed taqdu lil Ġeħova+ mhux lill-bnedmin, 8 għax intom tafu li kull wieħed jirċievi lura mingħand Ġeħova t-tajjeb li jkun għamel,+ sew jekk ikun ilsir u sew jekk ikun ħieles.+ 9 U anki intom is-sidien, ibqgħu agħmlu l-istess magħhom, u ħallikom mit-theddid,+ għax tafu li s-Sid tagħhom u tagħkom+ qiegħed fis-smewwiet, u ma juri ebda parzjalità.+
10 Fl-aħħarnett, komplu iksbu l-qawwa+ fil-Mulej u fis-setgħa+ tas-saħħa tiegħu. 11 Ilbsu l-armatura sħiħa+ mingħand Alla biex tkunu tistgħu żżommu sod kontra t-tnassis+ tax-Xitan; 12 għax aħna ma nissarawx+ kontra d-demm u l-laħam, imma kontra l-gvernijiet,+ kontra l-awtoritajiet,+ kontra l-ħakkiema dinjin+ taʼ dan id-dlam, kontra l-forzi taʼ l-ispirti mill-agħar+ fil-postijiet tas-sema. 13 Minħabba dan, ħudu l-armatura sħiħa mingħand Alla,+ sabiex tkunu tistgħu tirreżistu fil-jum il-ħażin u, wara li tkunu għamiltu kollox bis-sħiħ, iżżommu sod.+
14 Għalhekk, żommu sod, b’ġenbejkom imħażżmin+ bil-verità,+ u lebsin il-kurazza tas-sewwa,+ 15 u b’saqajkom+ mixdudin bit-tagħmir taʼ l-aħbar tajba tal-paċi.+ 16 Fuq kollox, aqbdu f’idejkom it-tarka kbira tal-fidi,+ li biha tkunu tistgħu titfu l-vleġeġ tan-nar kollha tal-Ħażin.+ 17 Ukoll, aċċettaw l-elmu+ tas-salvazzjoni, u s-sejf+ taʼ l-ispirtu,+ jiġifieri, il-kelma t’Alla,+ 18 waqt li b’kull xorta taʼ talb+ u suppliki* ibqgħu itolbu f’kull okkażjoni bl-ispirtu.+ U għal dan l-għan, ibqgħu mqajmin il-ħin kollu u itolbu bil-ħerqa għall-qaddisin kollha, 19 u għalija wkoll, biex kulmeta niftaħ fommi tingħatali l-abbiltà li nitkellem+ bil-libertà tal-kelma+ biex ngħarraf is-sigriet sagru taʼ l-aħbar tajba,+ 20 li għaliha qed nagħmilha t’ambaxxatur+ fil-ktajjen; biex nitkellem dwarha bil-qlubija kif imissni nitkellem.+
21 Issa, sabiex tkunu tafu wkoll dwari, rigward kif sejjer, Tikiku,+ ħu maħbub u ministru leali fil-Mulej, se jgħarrafkom kollox.+ 22 Għalhekk qed nibagħthulkom, biex tkunu tafu dwarna u jfarrġilkom qlubkom.+
23 Jalla l-aħwa jkollhom il-paċi u l-imħabba bil-fidi mingħand Alla l-Missier u l-Mulej Ġesù Kristu. 24 Il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ tkun maʼ dawk kollha li jħobbu lill-Mulej tagħna Ġesù Kristu bi mħabba li ma titħassarx.