Ekkleżjasti
9 Jien fittixt li nifhem u nieħu bis-serjetà dan kollu:+ Il-ġusti u l-għorrief u l-għemejjel tagħhom huma f’idejn l-Alla l-veru.+ Il-bnedmin m’humiex konxji taʼ l-imħabba jew tal-mibegħda li kien hemm qabilhom.+ 2 Ilkoll jiġrilhom l-istess.+ Tmiem wieħed+ hemm għall-ġust+ u l-ħażin,+ għat-tajjeb u n-nadif u dak li mhux nadif, u għal dak li jissagrifika u dak li ma jissagrifikax. It-tajjeb hu bħall-midneb;+ min jaħlef bl-għaġla bħal min jibżaʼ jaħlef.+ 3 F’kulma sar taħt ix-xemx dan hu li jġib l-għali: minħabba li hemm tmiem wieħed għal kulħadd,+ qalb ulied il-bnedmin hi mimlija wkoll bil-ħażen;+ u f’qalbhom hemm il-ġenn+ matul ħajjithom, u wara jingħaqdu mal-mejtin!+
4 Kulmin jingħadd mal-ħajjin għandu l-fiduċja, għax kelb ħaj+ aħjar minn iljun mejjet.+ 5 Għax il-ħajjin jafu li għad imutu;+ imma l-mejtin ma jafu assolutament xejn,+ u lanqas jieħdu iktar ħlas, għax tifkirithom intesiet.+ 6 Ukoll, l-imħabba u l-mibegħda u l-għira tagħhom diġà għabu,+ u għal żmien indefinit mhux se jkollhom iktar sehem f’kulma għandu jsir taħt ix-xemx.+
7 Mur, kul l-ikel tiegħek bil-ferħ u ixrob l-inbid tiegħek b’qalb hienja,+ għax l-Alla l-veru diġà tgħaxxaq bl-għemejjel tiegħek.+ 8 Ħa jkunu ħwejġek bojod f’kull okkażjoni,+ u ħa ma jonqosx iż-żejt minn fuq rasek.+ 9 Gawdi l-ħajja mal-maħbuba martek+ il-jiem kollha tal-ħajja fiergħa tiegħek li Hu tak taħt ix-xemx, il-jiem kollha tal-frugħa tiegħek, għax dak hu sehmek fil-ħajja+ u fix-xogħol iebes li qed titħabat fih taħt ix-xemx. 10 Kulma idek issib x’tagħmel, agħmlu bil-qawwa tiegħek kollha,+ għax la hemm xogħol, la ppjanar, la għarfien,+ u lanqas għerf+ fil-Qabar,*+ il-post fejn int sejjer.+
11 Erġajt dort biex nara taħt ix-xemx li l-ħfief mhux dejjem jirbħu t-tiġrija,+ u lanqas is-setgħanin ma jirbħu dejjem il-battalja;+ l-għorrief ukoll ma jkollhomx ikel,+ u dawk li għandhom l-abbiltà li jifhmu wkoll ma jkollhomx rikkezzi,+ u lanqas dawk li għandhom l-għarfien ma jkollhom l-approvazzjoni;+ għax iż-żmien u l-ġrajjiet mhux mistennijin jiġu fuq kulħadd.+ 12 Għax il-bniedem+ lanqas il-waqt tiegħu ma jaf.+ Bħall-ħut li qed jinqabad f’xibka mill-agħar,+ u bħall-għasafar li qed jinqabdu f’nasba,+ hekk ukoll ulied il-bnedmin qed jinqabdu f’nassa fi żmien taʼ gwaj,+ meta dan jiġi fuqhom għal għarrieda.+
13 U rajt ukoll dan taħt ix-xemx dwar għerf li kien taʼ l-għaġeb f’għajnejja: 14 Kien hemm belt ċkejkna, u l-irġiel fiha kienu ftit; u telaʼ għaliha sultan kbir, u dawwarha u bena rampa għall-assedju kontriha.+ 15 U fiha kien hemm raġel, fil-bżonn imma għaref, u dan ħeles lill-belt b’għerfu.+ Imma ħadd ma ftakar f’dak ir-raġel fil-bżonn.+ 16 U jien għedt: “L-għerf aħjar mis-setgħa;+ madankollu, l-għerf taʼ min hu fil-bżonn hu mistmerr, u ħadd ma jismaʼ minn kliemu.”+
17 Kliem l-għorrief li jingħad bil-kwiet jinstemaʼ iktar+ mill-għajta taʼ wieħed li qed jaħkem fost poplu stupidu.+
18 L-għerf aħjar mill-għodda tal-ġlied, u midneb wieħed jistaʼ jeqred ħafna affarijiet tajbin.+