-
Ġenesi 18:25Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
25 Lanqas qatt ma jgħaddili minn moħħi li int taġixxi hekk u toqtol lin-nies sewwa mal-ħżiena, u b’hekk min hu sewwa jiġrilu l-istess bħal min hu ħażin! Lanqas qatt ma jgħaddili minn moħħi. Sejjer l-Imħallef tal-art kollha ma jagħmilx dak li hu sewwa?”
-
-
Dewteronomju 32:4Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
4 Hu l-Blata, dak li jagħmel hu perfett,
Għax triqatu kollha huma ġusti.
Hu Alla taʼ min jafdah li qatt mhu inġust;
Hu ġust u sewwa.
-
-
Salm 145:17Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
17 Ġeħova hu ġust f’kulma jagħmel
U leali f’kollox.
-
-
Isaija 40:14Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
14 Mingħand min ħa parir biex ikun jistaʼ jifhem,
Jew min għallmu jagħmel dak li hu ġust,
Jew tah l-għarfien,
Jew urieh kif għandu jifhem verament?
-