-
Dewteronomju 11:28Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
28 U jkollkom is-saħta jekk ma tobdux il-kmandamenti taʼ Ġeħova l-Alla tagħkom, jekk twarrbu mit-triq li qed nikkmandakom timxu fiha llum, u jekk timxu wara allat li ma tafux.
-
-
Dewteronomju 28:15Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
15 “Imma jekk ma tismax minn Ġeħova l-Alla tiegħek billi ma tobdix il-kmandamenti u l-liġijiet kollha tiegħu li qed nikkmandak illum, jiġu fuqek dawn is-saħtiet kollha:
-
-
Salm 109:17Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
17 Hu kien iħobb jisħet lil oħrajn, u b’hekk ġie misħut;
Hu ma riedx ibierek lil oħrajn, u b’hekk ma ġiex imbierek.
-
-
Isaija 24:6Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
6 Hu għalhekk li s-saħta qed teqred l-art,
U dawk li jgħixu fiha huma ħatjin.
Hu għalhekk li n-nies tal-art naqsu,
U baqaʼ biss ftit.
-