Eżekjel
35 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, dawwar wiċċek+ lejn ir-reġjun muntanjuż tas-Segħir+ u pprofetizza kontrih.+ 3 U għidlu, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik, O reġjun muntanjuż tas-Segħir,+ u se mmidd idi kontrik+ u nagħmlek art abbandunata, iva, ħerba.+ 4 Blietek inħarbathom, u int issir art abbandunata għalkollox;+ u se jkollok tkun taf li jien Ġeħova,+ 5 talli minn dejjem* kellek mibegħda+ u bqajt tagħti lil ulied Israel f’idejn is-sejf,+ fi żmien id-diżastru tagħhom,+ fi żmien l-iżball tagħhom taʼ l-aħħar.”’+
6 “‘Għalhekk, daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘billi ppreparajtek għad-demm, id-demm jiġri warajk.+ Bla dubju int bgħadt id-demm, u d-demm jiġri warajk.+ 7 U nagħmel ir-reġjun muntanjuż tas-Segħir art abbandunata, iva, ħerba,+ u naqtaʼ minnu lil min jgħaddi minn hemmhekk u lil min jerġaʼ lura hemmhekk.+ 8 U nimla l-muntanji tiegħu bil-maqtulin tiegħu; u fuq l-għoljiet tiegħek u fil-widien tiegħek u fin-nixxigħat kollha tiegħek jaqgħu dawk maqtulin bis-sejf.+ 9 Nagħmlek art abbandunata għal dejjem, u fi blietek ma jgħammar ħadd;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.’+
10 “Talli għedt, ‘Dawn iż-żewġt iġnus u dawn iż-żewġ pajjiżi—tiegħi għad isiru, u se nieħdu f’idejna kull pajjiż,’+ waqt li Ġeħova nnifsu kien hemmhekk,+ 11 ‘għalhekk, daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘se naġixxi wkoll skond ir-rabja u l-għira tiegħek li esprimejt minħabba s-sentimenti taʼ mibegħda li għandek lejhom;+ u ngħarrafhom min jien meta niġġudikak.+ 12 U se jkollok tkun taf li jien stess, Ġeħova, smajt l-affarijiet kollha li int għedt b’nuqqas taʼ rispett dwar il-muntanji taʼ Israel,+ meta għedt: “Huma ntgħamlu art abbandunata. Ngħataw lilna bħala ikel.”+ 13 U fommkom użajtuh kontrija b’mod imkabbar,+ u għedtu ħafna kliem kontrija.+ Jien stess smajtu.’+
14 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Waqt li l-art kollha tkun qed tifraħ, lilek nagħmlek art abbandunata. 15 Bħalma fraħt int għax wirt id-dar taʼ Israel intgħamel art abbandunata, l-istess nagħmel minnek.+ Art abbandunata ssir, O reġjun muntanjuż tas-Segħir, iva, Edom kollu, kollu kemm hu;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”+