Ġeremija
51 Hekk jgħid Ġeħova:
“Jien se nġib riħ li jeqred
Kontra Babilonja u n-nies li joqogħdu Leb-qamaj.*
2 Se nibgħat nies f’Babilonja biex ixerrduha,
Bħalma riħ ixerred il-qoxra taż-żerriegħa, u l-art tagħha jġibha vojta;
Se jiġu kontriha minn kull naħa f’jum id-diżastru.
3 L-arċieri taʼ Babilonja mhux se jgħawġu l-qaws tagħhom.
Ħadd minnhom mhu se jqum bilwieqfa bil-kurazza tiegħu.
M’għandkomx turu ħniena maż-żgħażagħ tagħha.
Eqirdu l-armata kollha tagħha.
4 Huma se jinqatlu fl-art tal-Kaldin,
Se jiġu minfudin fit-toroq tagħha.
5 Għax Ġeħova tal-armati ma telaqx lil Iżrael u lil Ġuda.
Huma ma sarux bħar-romol.
Imma l-art tal-Kaldin* hi ħatja ħafna mill-ħarsa tal-Qaddis t’Iżrael.
6 Oħorġu minn nofs Babilonja
U aħarbu ħalli ssalvaw ħajjitkom.
Tinqerdux minħabba l-iżbalji tagħha.
Għax wasal iż-żmien li Ġeħova jagħmel vendetta minnha.
Se jħallasha għal dak li għamlet.
7 Babilonja kienet tazza tad-deheb f’idejn Ġeħova;
Hi ġiegħlet lill-art kollha tisker.
Il-popli sikru bl-inbid tagħha;
Hu għalhekk li ġġennu.
8 F’daqqa waħda, Babilonja waqgħet u nkisret.
Ibkuha!
Ġibu l-balzmu għall-uġigħ tagħha, forsi tkun tistaʼ tfiq.”
9 “Ipprovajna nfejquha lil Babilonja, imma ma tistax tiġi mfejqa.
Ejja nħalluha u nitilqu ’l hemm, kull wieħed lejn pajjiżu stess.
Għax il-ħtija tagħha waslet sas-sema;
Hi għolja daqs is-sħab.
10 Ġeħova għamel ġustizzja għalina.
Ejja mmorru Sijon nirrakkontaw x’għamel Ġeħova l-Alla tagħna.”
11 “Illostraw il-vleġeġ; ħudu t-tarki tondi.*
Ġeħova ħeġġeġ lir-rejiet tal-Medin,
Għax hu għandu l-ħsieb li lil Babilonja jagħmilha ħerba.
Din hi l-vendetta taʼ Ġeħova, il-vendetta għat-tempju tiegħu.
12 Għollu arblu bħala sinjal kontra s-swar taʼ Babilonja.
Saħħu l-għassa, qiegħdu l-għassiesa.
Ippreparaw lil dawk li jistaħbew biex jattakkaw.
Għax Ġeħova għamel pjan,
U hu se jwettaq dak li wiegħed kontra n-nies taʼ Babilonja.”
13 “Mara li toqgħod fuq ħafna ilmijiet,
B’abbundanza taʼ teżori,
Wasal it-tmiem tiegħek u tal-qligħ inġust li tagħmel.
14 Ġeħova tal-armati ħalef bih innifsu,
‘Jien se nimliek bl-irġiel, u dawn se jkunu daqs il-ġurati.
Huma se jgħajtu bil-ferħ għax rebħulek.’
15 Hu Dak li Għamel id-dinja bil-qawwa tiegħu,
Il-Wieħed li għamel l-art u kulma fiha bl-għerf tiegħu
U li firex is-sema bl-intelliġenza tiegħu.
16 Meta jsemmaʼ leħnu,
L-ilmijiet fis-sema jagħmlu ħoss qawwi,
U hu jġiegħel is-sħab* jitlaʼ mit-truf tal-art.
Hu jibgħat is-sajjetti max-xita,*
U joħroġ ir-riħ mill-imħażen tiegħu.
17 Kulħadd jaġixxi bla raġuni u mingħajr għarfien.
Kull ħaddied se jiġi mġiegħel jistħi minħabba l-istatwa minquxa,
Għax l-istatwa tal-metall* tiegħu hi falza,
U m’hemmx nifs* fiha.
18 Dawn ma jiswew għal xejn u huma xi ħaġa tad-daħq.
Se jinqerdu meta jasal il-jum tal-ġudizzju tagħhom.
Ismu hu Ġeħova tal-armati.”
20 “Int* mazza tal-gwerra għalija, arma għall-battalja,
Għax bik se nfarrak il-popli,
Bik se nagħmel ħerba mis-saltniet.
21 Bik se nfarrak liż-żiemel u r-rikkieb tiegħu.
Bik se nfarrak lill-karru tal-gwerra u r-rikkieb tiegħu.
22 Bik se nfarrak lill-irġiel u n-nisa.
Bik se nfarrak lix-xjuħ u t-tfal.
Bik se nfarrak lill-ġuvintur u t-tfajliet.
23 Bik se nfarrak lir-ragħaj u l-merħla tiegħu.
Bik se nfarrak lill-bidwi u l-annimali li jaħdem bihom.
Bik se nfarrak lill-gvernaturi u l-uffiċjali.
24 Jien se npattiha lil Babilonja u lin-nies kollha tal-Kaldija
Għall-ħażen kollu li għamlu f’Sijon quddiem għajnejkom, poplu taʼ Ġuda,” jgħid Ġeħova.
25 “Muntanja li teqred, jien kontrik,” jgħid Ġeħova,
“Int qridt l-art kollha.
Jien se nuża l-qawwa tiegħi kontrik u ngerbek mill-irdum
U nagħmlek muntanja maħruqa.”
26 “In-nies la se jieħdu minnek ġebla li tintuża fil-kantuniera u lanqas waħda li tintuża fil-pedament,
Għax int se ssir abbandunata għal dejjem,” jgħid Ġeħova.
27 “Għollu arblu bħala sinjal fil-pajjiż.
Doqqu l-qarn fost il-popli.
Agħżlu* popli biex jiġġieldu kontriha.
Sejħu kontriha s-saltniet t’Ararat, taʼ Minni, u t’Askenaż.
Qabbdu uffiċjal tal-armata kontriha.
Tellgħu ż-żwiemel bħal qatgħa ġurati żgħar.
28 Agħżlu popli biex jiġġieldu kontriha:
Ir-rejiet tal-Medja, il-gvernaturi, u l-uffiċjali kollha tagħha,
U l-pajjiżi kollha li qed imexxu fuqhom.
29 U l-art se titheżżeż u titriegħed,
Għax Ġeħova se jagħmel dak li għandu f’moħħu kontra Babilonja,
U l-art taʼ Babilonja se jagħmilha xi ħaġa tal-biżaʼ u ħadd ma jgħix fiha.
30 Il-gwerriera taʼ Babilonja m’għadhomx jiġġieldu.
Qegħdin bilqiegħda fil-fortizzi tagħhom.
M’għadhomx b’saħħithom.
Saru bħal nisa.
Id-djar tagħha ngħataw in-nar.
L-istaneg tagħha ġew imkissrin.
31 Wieħed li jagħti aħbar jiġri biex jiltaqaʼ maʼ ieħor li jagħti aħbar,
Messaġġier jiġri biex jiltaqaʼ maʼ messaġġier ieħor,
Biex jgħidu lir-re taʼ Babilonja li l-belt tiegħu ġiet mirbuħa minn kull naħa,
32 Li l-għadu ħa l-ilmijiet baxxi taħt idejh,
Li d-dgħajjes tal-papiru ngħataw in-nar,
U li s-suldati huma mwerwrin.”
33 Għax hekk jgħid Ġeħova tal-armati, l-Alla t’Iżrael:
“Babilonja hi bħal post fejn jiġu sseparati ċ-ċereali.*
Wasal iż-żmien li tiġi mgħaffġa sew.
Dalwaqt jasal iż-żmien tal-ħsad għaliha.”
Għamilni bħal reċipjent vojt.
Hu belagħni bħal serp kbir;
Hu mela żaqqu bl-aqwa affarijiet tiegħi.
Lili ramieni ’l hemm.*
35 ‘Jalla l-vjolenza li batejt jien tiġi fuq Babilonja!’ jgħidu n-nies taʼ Sijon.
‘U jalla d-demm tiegħi jkun fuq in-nies tal-Kaldija!’ tgħid Ġerusalemm.”
36 Għalhekk, hekk jgħid Ġeħova:
“Jien qed niddefendi l-kawża legali tiegħek,
U se nagħmel vendetta minnha għalik.
Jien se nnixxef il-baħar u l-bjar tagħha.
37 Babilonja ssir borġ ġebel,
Fejn jgħixu l-klieb slavaġ,
U xi ħaġa tal-biżaʼ u li n-nies ixenglu rashom lejha,*
U ma jgħix ħadd fiha.
38 Huma* kollha flimkien se jgħajtu bħal iljuni b’saħħithom.
Se jgergru bħall-frieħ tal-iljuni.”
39 “Meta jkunu eċċitati, se nagħmlilhom ikla kbira u nġegħelhom jiskru,
Sabiex ikunu jistgħu jifirħu;
Imbagħad huma se jorqdu raqda għal dejjem,
Li ma jqumux minnha,” jgħid Ġeħova.
40 “Se niħodhom għall-qatla bħall-ħrief,
Bħall-imtaten flimkien mal-bdabad.”
Kemm saret xi ħaġa tal-biżaʼ Babilonja fost il-popli!
42 Il-baħar telaʼ għal fuq Babilonja.
Din tgħattiet bil-ħafna mewġ tiegħu.
43 Il-bliet tagħha saru xi ħaġa tal-biżaʼ, art mingħajr ilma u deżert.
Pajjiż fejn ħadd mhu se jgħix fih jew jgħaddi minnu.
44 Jien se nikkastiga lil Bel f’Babilonja,
U se niħodlu minn ħalqu dak li belaʼ.
Il-popli mhux se jibqgħu jmorru għandu,
U s-sur taʼ Babilonja se jaqaʼ.
45 Poplu tiegħi, oħorġu minn ġo nofsha!
Aħarbu biex issalvaw ħajjitkom, għax jien, Ġeħova, irrabjat ħafna magħha.
46 Taqtgħux qalbkom u tibżgħux dwar l-aħbar li se tisimgħu fil-pajjiż.
Fi żmien sena, se tisimgħu aħbar,
U fis-sena taʼ wara aħbar oħra:
Fil-pajjiż se jkun hemm vjolenza u mexxej kontra ieħor.
47 Għalhekk, ġej iż-żmien
Meta jien se neqred l-istatwi minquxa taʼ Babilonja.
U l-art kollha tagħha se jkollha tistħi,
U n-nies kollha tagħha li jinqatlu se jaqgħu f’nofsha.
48 Is-sema, l-art, u kulma fihom
Se jgħajtu bil-ferħ meta taqaʼ Babilonja,
Għax dawk li se jeqirduha se jiġu mit-Tramuntana,” jgħid Ġeħova.
49 “Babilonja mhux biss qatlet nies minn Iżrael,
Imma fiha ġew maqtulin nies mill-art kollha.
50 Intom li ħlistu mix-xabla, ibqgħu sejrin! Toqogħdux weqfin!
Intom li qegħdin ’il bogħod, ftakru f’Ġeħova,
U jalla taħsbu f’Ġerusalemm.”
51 “Ġejna mġegħlin nistħu, għax ġejna mmaqdrin.
52 “Għalhekk, ġej iż-żmien meta jien se nikkastiga l-istatwi minquxa tagħha.
U mal-art kollha tagħha, dawk li huma feruti se jibku,” jgħid Ġeħova.
53 “Anki kieku Babilonja kellha titlaʼ fis-sema,
Anki kieku kellha ssaħħaħ il-fortizzi għoljin tagħha,
Xorta se nibgħat għandha lil dawk li se jeqirduha,” jgħid Ġeħova.
54 “Isimgħu! Qed tinstemaʼ għajta ġejja minn Babilonja,
Il-ħoss taʼ diżastru kbir mill-art tal-Kaldin,
55 Għax jien, Ġeħova, qed neqred lil Babilonja,
U se nagħlqilha ħalqha,
U l-ħoss li se jagħmlu l-għedewwa tagħha se jkun bħal mewġ qawwi.
Se jinstemaʼ leħinhom.
56 Għax dak li jeqred se jiġi fuq Babilonja;
Il-gwerriera tagħha se jittieħdu lsiera,
U l-qaws tagħhom se jitkisser
Għax jien, Ġeħova, Alla li nagħti kastig ġust.
Żgur li se nivvendika ruħi minnha.
57 Lill-kapijiet, l-irġiel għorrief, il-gvernaturi, l-uffiċjali,
U l-gwerriera tagħha se nġegħelhom jiskru,
U huma se jorqdu raqda għal dejjem,
Li ma jqumux minnha,” jgħid ir-Re, li ismu hu Ġeħova tal-armati.
58 Hekk jgħid Ġeħova tal-armati:
“Is-sur taʼ Babilonja, għalkemm hu wiesaʼ, se jiġi mwaqqaʼ għalkollox,
U l-bibien tagħha, għalkemm huma għoljin, se jingħataw in-nar.
Il-popli se jitħabtu għalxejn;
U l-ġnus se jegħjew sempliċement biex iżommu n-nar jaqbad.”
59 Jien, il-profeta Ġeremija, tajt dan il-kmand lil Seraja bin Nerija n-neputi taʼ Maħseja meta mar mar-Re Sedekija taʼ Ġuda f’Babilonja fir-rabaʼ sena tat-tmexxija tiegħu. Seraja kien il-wieħed li jieħu ħsieb l-affarijiet tar-re. 60 Jien, Ġeremija, ktibt fi skroll wieħed id-diżastru kollu li kien se jiġi fuq Babilonja. Dan kollu nkiteb kontra Babilonja. 61 Iktar minn hekk, jien, Ġeremija, għedt lil Seraja: “Meta tasal Babilonja u taraha, għandek taqra b’leħen għoli dan il-kliem kollu. 62 Imbagħad għid, ‘Ġeħova, int għedt li dan il-post se jinqered u ma jibqaʼ ħadd jgħix fih, la bniedem u lanqas annimal, u li se jsir abbandunat għal dejjem.’ 63 U meta tkun qrajt dak kollu li hemm miktub fl-iskroll, orbot ġebla miegħu, u itfgħu f’nofs l-Ewfrat. 64 Imbagħad għid, ‘Hekk għad tegħreq Babilonja u qatt ma terġaʼ titlaʼ minħabba d-diżastru li se nġib fuqha; u n-nies tagħha se jegħjew.’”
Hawn jispiċċa l-kliem li għedt jien, Ġeremija.