Salm
137 Aħna qgħadna bilqiegħda ħdejn ix-xmajjar taʼ Babilonja.
Tgħidx kemm bkejna meta ftakarna f’Sijon.
3 Hemmhekk dawk li kienu qed iżommuna priġunieri riduna nkantawlhom,
Dawk li bdew iwaqqgħuna għaċ-ċajt riedu jiddieħqu bina u qalulna:
“Kantawlna waħda mill-għanjiet taʼ Sijon.”
4 Kif nistgħu nkantaw l-għanja taʼ Ġeħova
F’art barranija?
6 Jalla lsieni jeħel mas-saqaf taʼ ħalqi,
Jekk ma niftakarx lil Ġerusalemm,
Jekk ma nqishiex iktar importanti
Minn kull ħaġa oħra li tferraħni.
7 Ġeħova, ftakar x’qalu l-Edomin dakinhar li waqgħet Ġerusalemm:
“Ħarbtuha! Ħarbtuha sal-pedamenti tagħha!”
8 Ferħan se jkun dak li jittratta lill-belt taʼ Babilonja,
Li daqt se tinqered,
Bl-istess mod li hi ttrattat lilna.
9 Ferħan se jkun dak li jaqbad lit-tfal tagħha
U jfarrakhom mal-blat.