Salm
IR-RABAʼ KTIEB
(Salmi 90-106)
Talba taʼ Mosè, il-qaddej tal-Alla l-veru.
90 Ġeħova, int dejjem kont post taʼ protezzjoni għalina.*
2 Int eżistejt saħansitra qabel ma twieldu l-muntanji,
Qabel ma ħlaqt l-art u kulma fiha.
Int Alla minn dejjem għal dejjem.
3 Int tibgħat lill-bnedmin lura lejn it-trab;
Int tgħid: “Erġgħu lura lejn it-trab, bnedmin.”
5 Int tiknishom ’l hemm; huma jisparixxu bħal ħolma.
Filgħodu jkunu bħal ħaxix li jinbet.
6 Filgħodu dan jikber u jisbieħ;
Imma sa filgħaxija jidbiel u jinxef.
7 Għax aħna ġejna fix-xejn bir-rabja tiegħek
U mwerwrin bir-rabja kbira tiegħek.
9 Ħajjitna qed tispiċċa minħabba r-rabja kbira tiegħek;
Aħna mmutu malajr bħal nifs li jisparixxi faċilment.
10 Il-bniedem jgħix 70 sena,
Jew 80 jekk ikun b’saħħtu ħafna.
Imma l-ħajja hi mimlija problemi u wġigħ;
Din tgħaddi malajr, u aħna nispiċċaw.
11 Min jistaʼ jifhem kemm hi b’saħħitha r-rabja tiegħek?
Ir-rabja tiegħek hi kbira daqs ir-rispett* li jixraqlek.
13 Ġeħova, ħenn għalina! Kemm se ddum din is-sitwazzjoni?
Ħa tiġik ħniena minna, il-qaddejja tiegħek.
15 Ferraħna għaż-żmien li ġegħeltna nbatu,
Għas-snin kollha li kellna l-inkwiet.
16 Jalla l-qaddejja tiegħek jaraw l-affarijiet tajbin kollha li tagħmel,
U jalla t-tfal tagħhom jaraw is-saħħa kbira tiegħek.
17 Jalla tberikna, Ġeħova Alla tagħna,
Jalla tgħinna nirnexxu f’dak li nagħmlu.
Iva, jalla tgħinna nirnexxu.