Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
11 Jien dort lejn Ġeħova għall-protezzjoni.
Allura kif tistgħu tgħiduli:*
“Aħrab bħal għasfur lejn il-muntanja!
2 Ara kif il-ħżiena jilwu l-qaws;
Huma jpoġġu l-vleġġa mal-qaws
Biex jisparaw lill-onesti minn post mudlam.
3 M’hemmx ġustizzja u m’hemmx rispett lejn il-liġi.
X’jistaʼ jagħmel il-ġust?”
4 Ġeħova qiegħed fit-tempju qaddis tiegħu.
It-tron taʼ Ġeħova qiegħed fis-sema.
Għajnejh stess jaraw u jeżaminaw lin-nies.
6 Hu se jpoġġi n-nases* għall-ħżiena;
Se jibagħtilhom xita taʼ nar u kubrit,*
U se jikkastigahom b’riħ jaħraq.
7 Għax Ġeħova hu ġust; hu jieħu pjaċir meta jsir dak li hu sew.
Il-ġusti se jiġu approvati minnu.*