Għamos
4 “Isimgħu din il-kelma, intom baqar taʼ Basan,+ li qegħdin fuq il-muntanja tas-Samarija,+ li qed timbroljaw lill-batuti,+ li qed tgħakksu lill-foqra, u li qed tgħidu lis-sidien tagħkom, ‘Ġibu ħa nixorbu!’ 2 Il-Mulej Sovran Ġeħova ħalef bi qdusitu,+ ‘“Ara! Ġej fuqkom żmien meta hu jtellagħkom bil-ganċijiet tal-biċċier u lil dak li jifdal minnkom bis-snanar.+ 3 U mit-tiċrit fis-swar se toħorġu,+ kull waħda mit-tiċrita taʼ quddiemha; u tintefgħu ’l barra lejn Ħarmon,” hija l-kelma taʼ Ġeħova.’
4 “‘Ejjew lejn Betel u iksru l-liġi.+ Komplu iksru l-liġi f’Gilgal,+ u ġibu s-sagrifiċċji tagħkom fil-għodu, u l-għexur tagħkom fit-tielet jum.+ 5 Aħarqu* sagrifiċċju taʼ radd il-ħajr minn dak li hu mħemmer,+ u pproklamaw offerti volontarji;+ xandru dan, għax hekk jogħġobkom, O wlied Israel,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
6 “‘U jien ukoll, min-naħa tiegħi, bi snien nodfa+ ħallejtkom fi blietkom kollha u b’nuqqas taʼ ħobż fil-postijiet kollha tagħkom;+ imma ma ġejtux lura lejja,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.
7 “‘U wkoll, jien żammejt lura minnkom ix-xita bil-qliel meta kien għad baqaʼ tliet xhur għall-ħsad;+ u bgħatt ix-xita fuq belt waħda, imma fuq belt oħra ma bgħatthiex. Kien hemm medda art fejn għamlet ix-xita, imma l-medda art fejn ma bgħattx xita nixfet.+ 8 U żewġt ibliet jew tlieta ġew jitkaxkru lejn belt waħda sabiex jixorbu l-ilma,+ u ma xebgħux; imma intom ma ġejtux lura lejja,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.
9 “‘Jien ilqattkom bit-taħsir taʼ riħ jaħraq u bil-moffa.+ Kattartu l-ġonna tagħkom u l-għelieqi tad-dwieli tagħkom, imma s-siġar tat-tin tagħkom u s-siġar taż-żebbuġ tagħkom se jiblagħhom ix-xagħat;+ madankollu, ma ġejtux lura lejja,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.
10 “‘Bgħatt fostkom pesta bħal dik taʼ l-Eġittu.+ Qtilt lill-irġiel żgħażagħ tagħkom bis-sejf,+ kif ukoll ħadtilkom iż-żwiemel tagħkom.+ U bqajt intellaʼ fi mnifsejkom l-intiena tal-kampijiet tagħkom;+ imma ma ġejtux lura lejja,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.
11 “‘Jien qridt lil xi wħud minnkom, bħal meta Alla qered lil Sodoma u Gomorra.+ Sirtu bħal zokk maħtuf minn ġon-nar;+ imma ma ġejtux lura lejja,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.
12 “Għaldaqstant, hekk se nagħmillek, O Israel. Minħabba dak li se nagħmillek, lesti ruħek biex tiltaqaʼ m’Alla tiegħek,+ O Israel. 13 Għax, ara! Dak li sawwar il-muntanji+ u li ħalaq ir-riħ,+ u li jgħid lill-bniedem x’inhuma ħsibijietu,+ li qed idallam+ iż-żerniq, u li qed jirfes fuq il-postijiet għoljin taʼ l-art,+ Ġeħova l-Alla taʼ l-armati jismu.”+