Salm
Talba taʼ David.
17 Ġeħova, ismaʼ t-talba bil-ħniena tiegħi u ara li ssirli ġustizzja;
Agħti kas l-għajta tiegħi għall-għajnuna;
Ismaʼ t-talba sinċiera tiegħi.
2 Jalla tieħu deċiżjoni ġusta għalija;
Jalla għajnejk stess jaraw dak li hu tajjeb.
3 Int eżaminajtli qalbi anki billejl;
Int irfinajtni;
Se ssir taf li jien ma ppjanajt xejn ħażin
U li ma żbaljajtx b’dak li għedt.
4 Ukoll, jien ma nimitax lill-ħallelin, bħalma jagħmel ħaddieħor,
Għax jien nismaʼ minnek.
5 Jalla nibqaʼ nimxi kif tixtieqni int,
Li ma mmurx naqaʼ u ma nibqax nobdik.
6 Alla tiegħi, jien ngħajjatlek għax naf li żgur se twiġibni.
Agħti kasi* u ismaʼ kliemi.
7 Lil dawk li qed ifittxu protezzjoni fuq il-lemin tiegħek,
Int se ssalvahom minn dawk li qed jirribellaw kontrik.
Uri l-imħabba u l-lealtà* tiegħek billi tagħmel affarijiet mill-isbaħ.
8 Ipproteġini bħall-mimmi t’għajnejk;
Aħbini fid-dell taʼ ġwinħajk.
9 Ipproteġini mill-ħżiena li jattakkawni,
Mill-għedewwa tiegħi li jduruni.
12 Kull wieħed minnhom hu bħal iljun imlebleb biex iqattaʼ l-annimal li qabad,
Bħal iljun b’saħħtu li jitbaxxa biex jattakka.
13 Aġixxi Ġeħova; iffaċċjahom u irbħilhom;
Salvani* mill-ħżiena bix-xabla tiegħek;
14 Ġeħova, uża s-saħħa tiegħek biex teħlisni
Min-nies ħżiena taʼ din id-dinja,* li din il-ħajja biss għandhom.
Dawn kuntenti bl-affarijiet tajbin li int tipprovdi
U jħallu wirt lill-ħafna tfal tagħhom.
15 Imma jien qed nagħmel dak li hu sewwa, u għalhekk li se tapprovani.*
Jien se nkun sodisfatt meta nqum u narak.