Mikea
7 Jaħasra għalija,+ għax sirt bħall-ġbir tal-frott tas-sajf, bħat-tilqit wara l-ġbir taʼ l-għeneb!+ M’hemm ebda għanqud għeneb x’niekol, ebda tina bikrija, li ruħi tkun tixtieq!+ 2 Il-leali għab minn fuq l-art, u fost il-bnedmin m’hemm ħadd rett.+ Ilkoll kemm huma lesti biex ixerrdu d-demm.+ Jonsob, kull wieħed lil ħuh stess, b’xibka kbira.+ 3 Idejhom pronti biex jagħmlu d-deni, biex jagħmluh sew;+ il-prinċep qed jitlob xi ħaġa, u min jagħmel il-ħaqq jagħmlu għall-premju,+ u l-kbir jitkellem ix-xenqa taʼ ruħu, tiegħu stess;+ u b’hekk jikkonfoffaw flimkien. 4 L-aqwa fosthom hu bħal għollieqa, l-iktar rett fosthom hu agħar minn ċint tax-xewk.+ Il-jum li tkellmu dwaru l-għassiesa tiegħek, li fih int tingħata attenzjoni, irid jiġi.+ Imbagħad jiġri li huma jitħawdu.+
5 Tpoġġux il-fidi tagħkom f’xi sieħeb. Tpoġġux il-fiduċja tagħkom f’xi ħabib tal-qalb.+ Minn dik li toqgħod fi ħdanek għasses il-bwieb taʼ fommok.+ 6 Għax iben jistmerr lil missieru; bint tqum kontra ommha;+ il-mara tat-tifel kontra l-kunjata tagħha;+ l-għedewwa taʼ raġel ikunu n-nies taʼ daru.+
7 Imma jien lil Ġeħova nibqaʼ nfittex.+ Jien se nistenna b’attitudni xierqa lill-Alla tas-salvazzjoni tiegħi.+ Alla tiegħi se jismagħni.+
8 Tithenniex minħabba fija, O mara għadu tiegħi.+ Għalkemm waqajt, nerġaʼ nqum;+ għalkemm ngħammar fid-dlam,+ Ġeħova jkun dawl għalija.+ 9 Il-korla taʼ Ġeħova nissaportiha—għax dnibt kontrih+—sakemm imexxi l-kawża legali tiegħi u jwettaq il-ġustizzja għalija.+ Hu joħroġni għad-dawl; jien nara s-sewwa tiegħu.+ 10 U din, l-għadu tiegħi, se tara u l-għajb jgħattiha,+ dik li kienet tgħidli: “Fejn hu, Ġeħova Alla tiegħek?”+ Għajnejja stess iħarsu lejha.+ Issa se tkun mgħaffġa, bħat-tajn tat-toroq.+
11 Il-jum biex jinbnew il-ħitan tiegħek tal-ġebel, f’dak il-jum id-digriet ikun ’il bogħod.+ 12 F’dak il-jum jiġu għandek saħansitra t-triq kollha mill-Assirja u mill-bliet taʼ l-Eġittu, u mill-Eġittu saħansitra t-triq kollha sax-Xmara;*+ u minn baħar sa baħar, u minn muntanja sa muntanja.+ 13 U l-art issir ħerba minħabba l-abitanti tagħha, minħabba frott għemilhom.+
14 Irgħa l-poplu tiegħek bil-ħatar tiegħek,+ il-merħla tal-wirt tiegħek, dak li kien jgħammar waħdu ġo foresta—f’nofs ġnien tal-frott.+ Ħa jirgħu fil-Basan u f’Gilegħad+ bħal fil-jiem taʼ żmien twil ilu.+
15 “Bħal fil-jiem taʼ meta int ħriġt mill-art taʼ l-Eġittu jien se nurih affarijiet taʼ l-għaġeb.+ 16 Il-ġnus jaraw u jistħu minħabba s-setgħa tagħhom.+ Iqiegħdu idhom fuq fommhom;+ widnejhom jittarrxu. 17 Jilagħqu t-trab bħas-sriep;+ bħar-rettili taʼ l-art huma joħorġu mregħdin mill-fortizzi tagħhom.+ Lejn Ġeħova Alla tagħna jiġu jirtogħdu, u jibżgħu minnek.”+
18 Min hu Alla bħalek,+ li jaħfer l-iżball u jħalli għaddej in-nuqqas+ tal-fdal tal-wirt tiegħu?+ Żgur li ma jibqax irrabjat għal dejjem, għax jitgħaxxaq bil-qalb tajba bl-imħabba.+ 19 Hu jerġaʼ jħenn għalina;+ jgħaffeġ taħt saqajh l-iżbalji tagħna.+ U int tixħet f’qiegħ il-baħar dnubiethom kollha.+ 20 Turi l-verità u l-fedeltà li wrejt maʼ Ġakobb, il-qalb tajba bl-imħabba li wrejt m’Abraham, li ħlift lil missirijietna minn żmien il-qedem.+