LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 12
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mid-Dewteronomju

      • Qimu fil-post li jagħżel Alla (1-14)

      • Jistgħu jieklu l-laħam imma mhux id-demm (15-28)

      • Tinqabadx f’nassa t’allat oħrajn (29-32)

Dewteronomju 12:3

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Dewteronomju 12:6

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “l-għexur kollha.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 7/2021, p. 4

Dewteronomju 12:12

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “’il ġewwa mill-bibien.”

Dewteronomju 12:15

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “kull meta ruħkom tkun tixtieq.”

  • *

    Letteralment “’il ġewwa mill-bibien.”

Dewteronomju 12:16

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    10/15/2000, pp. 30-31

Dewteronomju 12:17

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “’il ġewwa mill-bibien.”

  • *

    Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 7/2021, p. 4

Dewteronomju 12:18

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “’il ġewwa mill-bibien.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 7/2021, p. 4

Dewteronomju 12:20

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “ruħek tkun tixtieq.”

  • *

    Jew “kull meta ruħek tixtieq.”

Dewteronomju 12:21

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “’il ġewwa mill-bibien.”

  • *

    Jew “kull meta ruħek tixtieq.”

Dewteronomju 12:23

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “ir-ruħ.”

  • *

    Jew “ir-ruħ.”

Dewteronomju 12:24

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    10/15/2000, pp. 30-31

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
  • 22
  • 23
  • 24
  • 25
  • 26
  • 27
  • 28
  • 29
  • 30
  • 31
  • 32
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Dewteronomju 12:1-32

Dewteronomju

12 “Dawn huma r-regoli u d-deċiżjonijiet ġudizzjali li għandkom tqisu li tobdu sakemm iddumu ħajjin fl-art li Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietkom, se jagħtikom ħalli tkun tagħkom. 2 Għandkom teqirdu għalkollox il-postijiet kollha fejn il-popli li se tieħdu l-propjetà tagħhom qdew lill-allat tagħhom, kemm jekk qegħdin fuq il-muntanji għoljin u kemm jekk qegħdin fuq l-għoljiet jew taħt xi siġra b’saħħitha. 3 U tridu tkissru l-artali tagħhom, tfarrku l-pilastri sagri* tagħhom, taħarqu l-arbli sagri tagħhom fin-nar, u tqaċċtu l-istatwi minquxin tal-allat tagħhom. B’hekk teqirdu isimhom minn dak il-post.

4 “Tqimux lil Ġeħova l-Alla tagħkom bħalma l-popli jqimu lill-allat tagħhom. 5 Minflok, morru fil-post li jagħżel Ġeħova l-Alla tagħkom biex jiġi mfaħħar ismu, il-post fejn jagħżel li jgħix fost it-tribujiet kollha tagħkom, u qimuh hemmhekk. 6 Hemmhekk għandkom tieħdu l-offerti tal-ħruq, is-sagrifiċċji, l-għaxra fil-100,* l-offerti tal-wegħdi, l-offerti volontarji, l-ewwel frieħ tal-baqar u n-nagħaġ tagħkom, u kull ħaġa oħra li tkunu tridu tagħtu. 7 Intom u n-nies taʼ darkom għandkom tieklu hemmhekk quddiem Ġeħova l-Alla tagħkom u tifirħu b’kull xogħol li tagħmlu, għaliex Ġeħova l-Alla tagħkom berikkom.

8 “Tagħmlux bħalma qed nagħmlu hawnhekk illum, kulħadd jagħmel dak li hu sewwa f’għajnejh, 9 għax għadkom ma dħaltux fil-post taʼ mistrieħ u fil-wirt li qed jagħtikom Ġeħova l-Alla tagħkom. 10 Meta taqsmu l-Ġordan u tgħixu fl-art li Ġeħova l-Alla tagħkom qed jagħtikom biex tiħduha, hu żgur li jipproteġikom mill-għedewwa kollha taʼ madwarkom, u intom tgħixu fis-sigurtà. 11 Intom tieħdu dak kollu li qed nikkmandakom fil-post li jagħżel Ġeħova l-Alla tagħkom biex jiġi mfaħħar ismu, jiġifieri l-offerti tal-ħruq, is-sagrifiċċji, l-għaxra fil-100 tagħkom, kull offerta li tagħmlu b’wegħda għal Ġeħova, u kull ħaġa oħra li tkunu tridu tagħtu. 12 Intom se tifirħu quddiem Ġeħova l-Alla tagħkom, flimkien mat-tfal tagħkom subien u bniet, l-ilsiera rġiel u nisa tagħkom, u l-Leviti li qegħdin fil-bliet* tagħkom u li m’għandhom ebda sehem jew wirt magħkom. 13 Oqogħdu attenti li ma toffrux l-offerti tal-ħruq tagħkom f’xi post ieħor li taraw. 14 L-offerti tal-ħruq għandkom toffruhom biss fil-post li jagħżel Ġeħova f’wieħed mit-territorji tat-tribujiet tagħkom, u hemmhekk għandkom tagħmlu kulma qed nikkmandakom.

15 “Madankollu, kull meta tkunu tixtiequ* tieklu l-laħam tistgħu toqtlu wieħed mill-annimali li għandkom, skont il-barka li jkun takom Ġeħova l-Alla tagħkom fil-bliet* kollha tagħkom. Jistaʼ jieklu min mhux nadif u min hu nadif, bħalma kieku tieklu għażżiel jew ċerv. 16 Imma d-demm ma tistgħux tikluh. Għandkom tferrgħuh fl-art bħall-ilma. 17 Ma tistgħux tieklu fil-bliet* tagħkom l-għaxra fil-100 taċ-ċereali,* tal-inbid ġdid, taż-żejt, l-ewwel frieħ tal-baqar u n-nagħaġ, xi offerta li tagħmlu b’wegħda, l-offerti volontarji tagħkom, jew il-kontribuzzjoni t’idkom. 18 Dawn għandkom tikluhom quddiem Ġeħova l-Alla tagħkom fil-post li jagħżel Ġeħova l-Alla tagħkom—intom, binkom, bintkom, l-ilsir u l-ilsira tagħkom, u l-Levita li qiegħed fil-bliet* tagħkom. U tifirħu quddiem Ġeħova l-Alla tagħkom b’kull xogħol li tagħmlu. 19 Kemm iddumu tgħixu f’artkom qisu li ma tabbandunawx lil-Leviti.

20 “Meta Ġeħova l-Alla tiegħek ikabbar it-territorju tiegħek bħalma wiegħdek, u int tkun tixtieq* tiekol il-laħam, tkun tistaʼ tieklu kull meta tixtieq.* 21 Jekk il-post li Ġeħova l-Alla tiegħek jagħżel biex jiġi mfaħħar ismu jkun ’il bogħod minnek, għandek toqtol ftit mill-baqar jew min-nagħaġ li tak Ġeħova bħalma kkmandajtek, u għandek tiekol il-laħam fil-bliet* tiegħek kull meta tixtieq.* 22 Tistaʼ tieklu bħalma kieku tiekol l-għażżiel u ċ-ċerv. Jistaʼ jieklu kemm min mhux nadif u kemm min hu nadif. 23 Biss kun deċiż b’mod sod li ma tikolx id-demm, għax id-demm hu l-ħajja,* u ma tistax tiekol il-ħajja* mal-laħam. 24 Tiklux. Għandek tferrgħu fl-art bħall-ilma. 25 Tiklux, sabiex int u t-tfal tiegħek tirnexxu, għax int qed tagħmel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova. 26 Meta tmur fil-post li jagħżel Ġeħova għandek tieħu biss l-affarijiet qaddisin u l-offerti tal-wegħdi tiegħek. 27 Hemmhekk toffri l-offerti tal-ħruq tiegħek, il-laħam u d-demm, fuq l-artal taʼ Ġeħova l-Alla tiegħek, u d-demm tas-sagrifiċċji tiegħek għandu jitferraʼ man-naħa t’isfel tal-artal taʼ Ġeħova l-Alla tiegħek, imma l-laħam tistaʼ tieklu.

28 “Qis li tobdi dan il-kliem kollu li qed nikkmandak, sabiex int u t-tfal tiegħek dejjem tkunu mberkin, għax int qed tagħmel dak li hu tajjeb u sewwa f’għajnejn Ġeħova l-Alla tiegħek.

29 “Meta Ġeħova l-Alla tiegħek jeqred il-popli li int se tieħu l-propjetà tagħhom, u tkun qed tgħix f’arthom, 30 oqgħod attent li ma tmurx tinqabad f’nassa wara li jkunu nqerdu għalkollox minn quddiemek. Tistaqsix dwar allathom, u tgħid, ‘Dawn il-popli b’liema mod kienu jaqdu lil allathom? Jien bħalhom se nagħmel.’ 31 Tagħmillux hekk lil Ġeħova l-Alla tiegħek, għax għal allathom huma jagħmlu kull ħaġa moqżieża li Ġeħova jobgħod, saħansitra jaħarqu lit-tfal tagħhom subien u bniet fin-nar lil allathom. 32 Oqgħod attent li tagħmel kulma qed nikkmandak. La għandek iżżid u lanqas tnaqqas minnu.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja