Salm
Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida;
Faħħruh fil-kongregazzjoni tal-leali.
2 Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq Grandjuż tiegħu;
Ħa jifirħu t-tfal taʼ Sijon bir-Re tagħhom.
3 Ħa jfaħħru ismu biż-żfin,
U ħa jfaħħruh bil-kant waqt li jdoqqu t-tanburlin u l-arpa.
4 Għax Ġeħova jieħu pjaċir bil-poplu tiegħu.
Hu jsalva lill-umli.
5 Ħa jifirħu l-leali għax Alla jonorahom;
Ħa jgħajtu bil-ferħ fuq is-sodod tagħhom.
6 Ħa jfaħħru lil Alla bil-kant,
U ħa jkollhom f’idhom xabla taqtaʼ ħafna,
7 Biex biha jagħmlu vendetta mill-ġnus,
U jikkastigaw lill-popli.
8 Huma se jorbtu lir-rejiet bil-ktajjen,
U lill-mexxejja bil-ħadid.
9 Se jagħmlulhom skont dak li hemm miktub kontrihom.
Il-leali kollha tiegħu se jkollhom l-unur li jagħmlu dan.
Faħħru lil Jah!*