Salm
Għanja taʼ ringrazzjament.
100 Għajtu bil-ferħ u faħħru lil Ġeħova, nies tal-art kollha.
2 Aqdu lil Ġeħova bil-ferħ.
Morru quddiemu b’għajjat taʼ ferħ.
3 Kunu afu* li Ġeħova hu Alla.
Hu l-wieħed li għamilna, u aħna tiegħu.*
Aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ li hu jirgħa.
4 Idħlu mill-bibien tas-santwarju tiegħu u rringrazzjawh,
Idħlu fil-btieħi tiegħu u faħħruh.
Irringrazzjawh u faħħru lil ismu.