Salm
Miktam* taʼ David.
16 Ipproteġini Alla tiegħi, għax jien dort lejk għall-protezzjoni.
2 Jien għedt lil Ġeħova: “Kull ħaġa tajba f’ħajti ġejja mingħandek, Ġeħova.
3 Jien vera nieħu pjaċir bil-qaddisin fuq l-art
Li jistħoqqilhom ikunu onorati.”
4 Dawk li huma ħerqanin biex jaqdu allat oħra jżidu l-inkwiet tagħhom.
Jien qatt mhu se nagħmel offerti tax-xorb li fihom id-demm lil allat oħrajn,
U lanqas biss se nsemmi isimhom.*
5 Ġeħova, int is-sehem tiegħi u l-wieħed li tagħtini kulma għandi bżonn.
Int is-sehem tiegħi u l-wieħed li tberikni b’mod ġeneruż.*
Int tipproteġi l-wirt tiegħi.
6 Il-postijiet li int kejjilt biex tagħtini bħala wirt huma sbieħ.
Jien kuntent b’dak li messni.
7 Ġeħova, int tajtni l-pariri, u jien se nfaħħrek.
Anki matul il-lejl, il-ħsibijiet* tiegħi jikkoreġuni.
8 Jien dejjem inżommok f’moħħi, Ġeħova.
Peress li int fuq il-lemin tiegħi, jien qatt mhu se nħossni ansjuż.*
9 Għalhekk qalbi se tifraħ, jien* vera ferħan.
Ħajti hi protetta.
10 Għax int mhux se tħallini* fil-Qabar.*
Mhux se tħalli lil-leali tiegħek jara l-ħofra.*
11 Int turini liema hi t-triq tal-ħajja.
Li nkun miegħek iferraħni ħafna;
Li nkun fuq il-lemin tiegħek iġibli ferħ kbir għal dejjem.