Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
14 Il-boloh* jgħidu f’qalbhom:
“Ġeħova ma jeżistix.”
Huma ħżiena u jagħmlu affarijiet mill-agħar.
M’hemm ħadd li qed jagħmel it-tajjeb.
2 Imma Ġeħova jħares mis-sema lejn il-bnedmin
Biex jara jekk hemmx xi ħadd li hu għaqli,
U jekk hemmx xi ħadd li qed ifittex lil Ġeħova.
3 Ħadd ma baqaʼ jagħmel dak li hu sew;
Kollha huma korrotti.
Ħadd mhu qed jagħmel it-tajjeb,
Lanqas wieħed li hu wieħed.
4 Kif ħadd mill-ħżiena ma jifhem?
Huma jibilgħu lin-nies t’Alla bħallikieku qed jieklu l-ħobż.
Dawn ma jitolbux lil Ġeħova.
6 Intom il-ħżiena tipprovaw tħarbtu l-pjanijiet tal-batuti,
Imma Ġeħova hu l-post taʼ protezzjoni tagħhom.
7 Jalla s-salvazzjoni t’Iżrael tiġi minn Sijon!
Jalla Ġakobb u Iżrael jifirħu
Meta Ġeħova jiġbor lura n-nies tiegħu li huma lsiera.