Salm
2 Ħa jgħid hekk Iżrael:
“Hu juri mħabba u lealtà għal dejjem.”
3 Ħa jgħidu hekk dawk taʼ dar Aron:
“Hu juri mħabba u lealtà għal dejjem.”
4 Ħa jgħidu hekk dawk li jirrispettaw ħafna lil* Ġeħova:
“Hu juri mħabba u lealtà għal dejjem.”
5 Meta kont qed inbati, jien għajjatt lil Jah* għall-għajnuna;
Jah wiġibni u ħadni f’post taʼ sigurtà.*
6 Ġeħova qiegħed fuq in-naħa tiegħi,
Għalhekk m’iniex se nibżaʼ.
X’jistaʼ jagħmilli l-bniedem?
8 Ikun aħjar li ddur lejn Ġeħova għall-protezzjoni
Milli tafda fil-bniedem.
9 Ikun aħjar li ddur lejn Ġeħova għall-protezzjoni
Milli tafda fil-mexxejja.
10 Il-popli kollha daruni.
Imma jien keċċejthom ’l hemm f’isem Ġeħova.
11 Huma daruni, iva, daruni minn kullimkien,
Imma jien keċċejthom ’l hemm f’isem Ġeħova.
12 Huma daruni bħan-naħal;
Imma malajr inqerdu, bħax-xewk fin-nar.
Jien keċċejthom ’l hemm f’isem Ġeħova.
14 Jah jipproteġini u jagħtini s-saħħa.
Hu l-wieħed li jsalvani.
L-id il-leminija taʼ Ġeħova qed turi kemm hi b’saħħitha.
16 L-id il-leminija taʼ Ġeħova qed tagħmel affarijiet tal-għaġeb;
L-id il-leminija taʼ Ġeħova qed turi kemm hi b’saħħitha.
17 Jien mhux se mmut, imma se ngħix.
B’hekk inkun nistaʼ nxandar dwar l-affarijiet li għamel Jah.
18 Jah iddixxiplinani bl-aħrax,
Imma ma ħallinix immut.
19 Iftħuli l-bibien li jidħlu minnhom il-ġusti.
Jien se nidħol minn hemm u nfaħħar lil Jah.
20 Dan hu l-bieb taʼ Ġeħova.
Il-ġusti se jidħlu minnu.
21 Jien se nfaħħrek, għax wiġibtni u salvajtni.
23 Din ġejja mingħand Ġeħova;
U hi tal-għaġeb għalina.
24 Din hi l-ġurnata li għażel Ġeħova;
Aħna se nifirħu dakinhar.
25 Ġeħova, nitolbuk bil-ħniena biex issalvana!
Jekk jogħġbok Ġeħova, għinna nirbħu lill-għedewwa tagħna!
26 Imbierek hu dak li jiġi f’isem Ġeħova;
Mid-dar taʼ Ġeħova, aħna nitolbu lil Alla biex iberikkom.
27 Ġeħova hu l-Alla tagħna.
Hu jagħtina d-dawl.
Ingħaqdu fil-parata tal-festa bil-friegħi f’idkom,
Ħdejn il-qrun tal-artal.
28 Int l-Alla tiegħi, u jien se nfaħħrek;
Jien se nonorak, Alla tiegħi.
29 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;
Hu juri mħabba u lealtà għal dejjem.