Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
109 Alla tiegħi li jien infaħħar, tibqax kwiet.
2 Għax il-ħżiena u dawk li jqarrqu jitkellmu kontrija.
Huma jigdbu fuqi.
3 Huma jduruni u jgħiduli kliem li jweġġaʼ.
Jattakkawni għalxejn b’xejn.
4 Jien nurihom imħabba u huma jakkużawni;
Imma jien nibqaʼ nitlob.
5 Huma jpattuli t-tajjeb bil-ħażin.
Jien nurihom imħabba u huma jobogħduni.
6 Jalla l-għadu tiegħi jiġi ġġudikat minn xi ħadd ħażin;
Jalla jiġi xi ħadd fuq il-lemin tiegħu biex jakkużah.
7 Meta jiġi ġġudikat, jalla jinstab ħati;
Jalla anki t-talba tiegħu tiġi meqjusa bħala dnub.
8 Jalla ma jdumx jgħix,
U jalla xi ħadd ieħor jiħodlu r-responsabbiltà li jiggwida n-nies.
10 Jalla t-tfal* tiegħu jibdew jittallbu
U jkollhom jitilqu mid-djar irrovinati tagħhom biex ifittxu l-ikel.
11 Jalla dak li silfu jiħodlu kulma għandu,
U jalla l-istranġieri jisirqulu dak li għandu.
13 Ħa jinqerdu dawk li jiġu minnu,
U jalla isimhom jintesa mill-ġenerazzjoni taʼ wara.
14 Jalla Ġeħova jiftakar l-iżball tal-antenati tiegħu,
U jalla ma jħassarx id-dnub t’ommu.
15 Jalla Ġeħova dejjem iżomm f’moħħu dak li għamlu;
U jalla jiġu minsijin minn fuq l-art.
16 Għax dak ir-raġel ma ftakarx juri qalb tajba,*
Imma baqaʼ jiġri wara min hu maħqur, fqir, u qalbu maqsuma biex joqtlu.
17 Hu kien iħobb jisħet lil oħrajn, u b’hekk ġie misħut;
Hu ma riedx ibierek lil oħrajn, u b’hekk ma ġiex imbierek.
18 Hu kien mgħotti bis-saħtiet bħallikieku bil-ħwejjeġ.
Dawn daħlu f’ġismu bħallikieku ilma
U f’għadmu bħallikieku żejt.
19 Jalla s-saħtiet tiegħu jkunu bħall-ħwejjeġ li jdawwar miegħu
U bħal ċinturin li dejjem jilbes.
Eħlisni, għax int tħobbni u leali lejja.*
22 Għax jien batut u fqir,
U qalbi ġiet imweġġaʼ.
23 Jien qed nispiċċa bħal dell li qed jisparixxi;
Ġejt imgerrex bħal ġurat.
24 Peress li qed insum, irkopptejja qed iċedu;
Jien irqaqt u qed niddgħajjef.
25 Jien qed niġi mwaqqaʼ għaċ-ċajt min-nies.
Meta jarawni, jibdew ixenglu rashom.
27 Jalla jkunu jafu li bis-saħħa tiegħek ġejt salvat, Ġeħova.
28 Ħallihom jisħtuni, imma jalla tberikni,
Meta jiħduha kontrija, jalla jiġu mġiegħla jistħu.
Imma jalla tferraħni.
29 Ħa jiġu umiljati dawk li jiħduha kontrija;
Jalla jitgħattew bil-mistħija bħallikieku bil-ħwejjeġ.
30 Jien se nfaħħru ħafna lil Ġeħova;
Se nfaħħru quddiem ħafna nies.
31 Għax hu se joqgħod fuq il-lemin tal-fqir,
Biex isalvah minn dawk li qed jikkundannawh.