Ġob
9 Ġob wieġeb:
2 “Jien naf li dak li ntqal hu veru.
Imma kif jistaʼ bniedem ikollu raġun m’Alla?
4 Hu għaref* u b’saħħtu ħafna.
Min jistaʼ jiħodha kontrih u ma jweġġax?
6 Hu jheżżeż l-art minn postha,
B’hekk il-pedament tagħha jitriegħed.
7 Jikkmanda lix-xemx biex ma tiddix
U jissiġilla d-dawl tal-istilel;
8 Hu jifrex is-sema
U jirfes fuq il-mewġ għoli.
9 Hu għamel il-gruppi taʼ stilel As,* Kesil,* u Kima,*
U l-gruppi taʼ stilel li qegħdin fin-Nofsinhar;*
10 Hu jagħmel affarijiet kbar li ħadd ma jistaʼ jifhimhom,
Affarijiet mill-isbaħ li ħadd ma jistaʼ jgħoddhom.
11 Hu jgħaddi minn ħdejja u ma narahx,
Jibqaʼ għaddej u ma nagħrfux.
12 Min jistaʼ jwaqqfu meta jieħu xi ħaġa?
Min jistaʼ jgħidlu, ‘X’qed tagħmel?’
14 Mela, kif nistaʼ nwieġbu?
Irrid noqgħod attent ħafna x’ngħid!
15 Imma lanqas li kieku kelli raġun, m’iniex se nwieġbu.
Kulma nistaʼ nagħmel hu li nitlob lill-imħallef tiegħi* jħenn għalija.
16 Jekk ngħajjatlu, se jwiġibni?
Jien ma nemminx li se jagħti kasi.
17 Hu jkissirni bil-problemi li jiġu fuqi bħal maltempata
U jżidli t-tbatijiet tiegħi għalxejn b’xejn.
18 Lanqas nifs ma jagħtini,
U jkompli jżidli l-uġigħ.
19 Jekk hemm xi ħadd b’saħħtu, huwa hu.
Fejn tidħol il-ġustizzja, min jistaʼ jgħid li hu żbaljat?
20 Li kieku kelli raġun, nibżaʼ li nikkundanna lili nnifsi;
23 Jekk tagħmel ħafna xita u jegħrqu n-nies,
Hu jidħaq bl-istat ħażin li jkunu fih l-innoċenti.
24 L-art ingħatat lin-nies mill-agħar;
Hu jagħlaq għajnejn* l-imħallfin, ħalli ma jiġġudikawx b’ġustizzja.
Jekk mhux Hu, allura min qed jagħmlu dan?
25 Ħajti għaddiet malajr iktar minn wieħed li jiġri f’tellieqa;
Se tispiċċa mingħajr ma nkun gawdejt l-ebda ferħ.
26 Għaddiet malajr bħal dgħajjes tal-qasab,
Bħal ajkla li tinżel sparata biex taqbad x’tiekol.
27 Jekk ngħid li se ninsa n-niket tiegħi,
U mhux se nibqaʼ mdejjaq, imma se nkun ferħan,
28 Xorta nibżaʼ mill-uġigħ li għandi,
U naf li mhux se tqisni innoċenti.
29 Jien se ninstab ħati.
Allura għala għandi nitħabat għalxejn?
30 Jekk ninħasel fl-ilma tal-borra,
U naħsel idejja bis-sapun,
31 Int titfagħni f’ħofra bit-trab,
Biex b’hekk anki ħwejġi jitqażżuni.
32 Għax hu mhux bniedem bħali biex inkun nistaʼ nwieġbu,
U nkun nistaʼ ntellgħu l-qorti.