Ġob
39 “Taf meta jwelldu l-mogħoż tal-muntanji?
Ġieli rajt iċ-ċriev iwelldu?
2 Taf kemm-il xahar idumu tqal?
Taf meta jwelldu?
3 Huma jitbaxxew meta jkunu se jwelldu liż-żgħar tagħhom,
U ma jibqax ikollhom l-uġigħ tal-ħlas.
4 Iż-żgħar tagħhom isiru b’saħħithom u jikbru fis-salvaġġ;
Huma jitilqu u ma jerġgħux lura għandhom.
5 Min ħeles lill-ħmar salvaġġ,
U min ħall il-ħbula tiegħu?
6 Jien tajtu d-deżert bħala d-dar tiegħu
U l-art li fiha l-melħ bħala l-post fejn joqgħod.
7 Hu jevita l-istorbju tal-belt;
U ma jismax il-leħen taʼ dak li jikkmandah biex jaħdem.
8 Idur fl-għoljiet biex jirgħa
U jfittex kull tip taʼ ħaxix.
9 Il-barri salvaġġ se jħallik taħdem bih?
Se jqattaʼ l-lejl fl-istalla* tiegħek?
10 Tistaʼ torbot barri salvaġġ biex taħrat bih,
Jew se jiġi warajk fil-wied biex jaħrat?
11 Se tafda fis-saħħa kbira tiegħu
U tħallih jagħmel xogħol iebes għalik?
12 Se tistrieħ fuqu biex iġiblek il-ħsad* tiegħek id-dar?
U se jiġbru hu fil-post fejn jiġu sseparati ċ-ċereali?*
14 Hi tħalli l-bajd tagħha mal-art
U żżommhom sħan fit-trab.
15 Hi tinsa li xi ħadd jistaʼ jgħaffiġhom,
Jew li jistaʼ jgħaddi minn fuqhom xi annimal salvaġġ.
16 Hi tittratta ħażin lill-frieħ tagħha, bħallikieku mhumiex tagħha;
Ma jimpurtahiex jekk tkun biedet għalxejn.
18 Imma meta tqum u tħabbat ġwinħajha biex taħrab,
Hi tidħaq biż-żiemel u b’dak li jkun riekeb fuqu.
19 Jaqaw int tagħti s-saħħa liż-żiemel,
Jew tlibbislu għonqu b’xagħar twil?
20 Tistaʼ ġġiegħlu jaqbeż bħal ġurat?
L-infiħ qawwi tiegħu hu tat-twerwir.
22 Ma jiddejjaqx mill-periklu u ma jibżaʼ minn xejn.
U lanqas idur lura minħabba x-xabla.
23 Il-barżakka tal-vleġeġ iċċekċek xħin tħabbat miegħu,
U l-lanza tleqq meta jiġi d-dawl fuqha.
24 Hu jitriegħed bl-eċitament u jiġri ’l quddiem,*
M’għandux paċenzja joqgħod wieqaf mal-ħoss tal-qarn.*
25 Meta jindaqq il-qarn hu jiżher.
Ixomm il-battalja mill-bogħod,
U jismaʼ l-għajjat tal-kmandanti u l-ħoss tal-battalja.
26 Jaqaw int għallimtu l-falkun itir
U jiftaħ il-ġwienaħ lejn in-Nofsinhar?
27 Jew hu bil-kmand tiegħek li l-ajkla ttir ’il fuq
U tagħmel il-bejta fl-għoli?
29 Minn hemm hi tfittex l-ikel;
Għajnejha jħarsu fil-bogħod.
30 Il-frieħ tagħha jixorbu d-demm;
U fejn ikun hemm xi ħaġa maqtula, hemm tkun hi.”