Salm
Għanja taʼ David.
28 Ġeħova, int il-Blata tiegħi, lilek nibqaʼ ngħajjat għall-għajnuna;
Jekk jogħġbok tinjoranix.
Jekk tibqaʼ ma twiġibnix
Jien se nsir bħal dawk li neżlin fil-ħofra.*
2 Ismagħni meta ngħajjatlek bil-ħniena għall-għajnuna,
Meta ngħolli jdejja lejn il-kamra taʼ ġewwa nett tas-santwarju tiegħek.
3 Tkaxkarnix mal-ħżiena, maʼ dawk li jagħmlu l-ħsara.
Dawn jitkellmu bil-paċi maʼ sħabhom, imma għandhom intenzjonijiet ħżiena f’qalbhom.
4 Ikkastigahom għal dak li jagħmlu,
Skont il-prattiki ħżiena tagħhom.
Iġġudikahom għal dak li jagħmlu b’idejhom,
Skont kif aġixxew.
5 Għax huma ma jagħtux kas dak li jagħmel Ġeħova,
U lanqas xogħol idejh.
Hu se jwaqqagħhom u ma jqajjimhomx.
6 Ħa jiġi mfaħħar Ġeħova,
Għax hu semagħni meta tlabtu bil-ħniena biex jgħinni.
7 Ġeħova hu s-saħħa u t-tarka tiegħi;
Jien nafdah b’qalbi kollha.
Jien ferħan għax hu għenni.
Għalhekk, se nfaħħru bl-għanja tiegħi.
9 Salva lill-poplu tiegħek, u bierek lill-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom u ġorrhom f’idejk għal dejjem.