Ġob
13 “Jien rajt dan kollu
U smajtu u fhimtu.
2 Dak li tafu intom nafu jien ukoll;
M’għandi xejn inqas minnkom.
3 Nippreferi nitkellem maʼ Dak li Jistaʼ Kollox.
Nixtieq niddefendi lili nnifsi quddiem Alla.
4 Imma intom qed tħassru r-reputazzjoni tiegħi bil-gideb;
Intom bħal tobba li ma tiswew għal xejn.
5 Kieku tibqgħu b’ħalqkom magħluq,
Turu li intom għorrief.
6 Jekk jogħġobkom, isimgħu r-raġunar tiegħi.
U oqogħdu attenti waqt li niddefendi lili nnifsi.
7 Se takkużawni intom b’mod inġust f’isem Alla?
U se titkellmu f’ismu bil-qerq?
8 Se żżommu miegħu?
Se tiddefendu l-każ tal-Alla l-veru?
9 Jekk Alla jeżaminakom, se jieħu pjaċir bikom?
Se tqarrqu bih bħalma tqarrqu bi bniedem?
10 Hu żgur li se jikkoreġikom
Jekk tipprovaw turu preferenzi bil-moħbi.
11 Ma taħsbux li l-glorja tiegħu se twerwirkom
U li se titkexkxu minnu?
12 Il-kliem taʼ għerf* tagħkom ma jiswa xejn bħall-irmied;
L-argumenti tagħkom huma fraġli bħal tarki tat-tafal.
13 Oqogħdu kwieti ħalli nitkellem jien.
Imbagħad jiġri li jrid!
14 Għala npoġġi ħajti fil-periklu
U nirriskja li mmut?
15 Għalkemm Alla jistaʼ joqtolni, xorta se nafda fih.
Se niddefendi ruħi quddiemu.
17 Ismaʼ sew dak li se ngħid;
Oqgħod attent għal kliemi.
18 Ippreparajt il-każ legali tiegħi;
Naf li għandi raġun.
19 Min se jargumenta miegħi?
Jekk ma ngħid xejn immut!*
21 Iġġegħelnix inbati iktar,
U tkomplix tbeżżagħni.
22 Kellimni u jien inwieġbek,
Jew ħallini nitkellem, u wiġibni int.
23 X’inhuma l-iżbalji u d-dnubiet li għamilt?
Urini fejn inqast u dnibt.
24 Għala qed tevitani
U tqisni bħala l-għadu tiegħek?
25 Jien bħal tibna u bħal werqa li ttir mar-riħ.
Għala tbeżżagħni u tiġri warajja?
26 Għax int tibqaʼ tikteb l-akkużi li tagħmel kontrija,
U ġġegħelni nbati l-konsegwenzi tad-dnubiet taʼ meta kont żgħir.
Toqgħod għassa għal kull fejn immur
U għal kull pass li nagħmel.