Eżekjel
38 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem,+ dawwar wiċċek lejn Gog taʼ l-art taʼ Magog,+ il-kap ewlieni l-kbir taʼ Mesek+ u Tubal,+ u pprofetizza kontrih. 3 U għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik, O Gog, il-kap ewlieni l-kbir taʼ Mesek u Tubal. 4 U jien se ndawrek u nqiegħed ganċijiet fix-xedaq tiegħek+ u niġbdek mal-qawwa militari kollha tiegħek,+ żwiemel u rikkieba taż-żwiemel, kollha kemm huma lebsin bl-isbaħ mod,+ ġemgħa numeruża, bit-tarka l-kbira u t-tarka ż-żgħira, kollha bis-sjuf f’idejhom;+ 5 il-Persja,+ l-Etjopja+ u Put+ magħhom, ilkoll kemm huma bit-tarka ż-żgħira u bl-elmu; 6 Gomer+ u l-qtajjaʼ kollha tiegħu, id-dar taʼ Togarma,+ mill-iktar partijiet imbegħdin tat-tramuntana, u l-ġemgħat kollha tiegħu, ħafna popli miegħek.+
7 “‘“Lesti ruħek, u tħejja, int flimkien mal-ġemgħa kollha tiegħek,+ dawk miġmugħin miegħek, u int se tkun dak li tmexxihom.
8 “‘“Wara ħafna jiem int se tingħata attenzjoni. Fl-aħħar parti tas-snin int se tiġi lejn il-pajjiż+ taʼ poplu miġjub lura mis-sejf, miġbur minn ħafna popli+ għal fuq il-muntanji taʼ Israel, li kienu fi stat kontinwu taʼ ħerba. Il-poplu taʼ dan il-pajjiż inħareġ mill-popli u qed jgħammar fis-sigurtà, kollu kemm hu.+ 9 U int se jkollok titlaʼ. Tiġi bħal maltempata.+ Tkun bħal sħab li jiksi l-pajjiż,+ int u l-qtajjaʼ kollha tiegħek u ħafna popli miegħek.”’
10 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘U jiġri dakinhar li f’qalbek jiġuk xi ħsibijiet,+ u int taħseb fi pjan taʼ ħsara;+ 11 u tgħid: “Se nitlaʼ kontra l-pajjiż li jinsab fil-kampanja miftuħa.+ Nidħol fuq dawk li qegħdin fil-kwiet, li jgħammru fis-sigurtà, ilkoll jgħammru mingħajr swar,+ u lanqas biss għandhom staneg u bibien.” 12 Dan se tagħmlu biex taħtaf priża kbira+ u biex tisraq ħafna, sabiex terfaʼ idek fuq postijiet imħarbtin li ġew mgħammrin mill-ġdid+ u fuq poplu miġbur mill-ġnus,+ wieħed li qed jiġmaʼ għana u proprjetà,+ dawk li qed jgħammru fiċ-ċentru+ taʼ l-art.
13 “‘Xeba+ u Dedan+ u l-merkanti taʼ Tarsis+ u l-iljuni b’saħħithom kollha+—dawn se jgħidulek: “Ġej biex taħtaf priża kbira? Ġmajt il-ġemgħa tiegħek biex tisraq ħafna, sabiex iġġorr il-fidda u d-deheb, biex tieħu l-għana u l-proprjetà, biex taħtaf priża kbira ħafna?”’
14 “Għalhekk, ipprofetizza, O bin il-bniedem, u għid lil Gog, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Dakinhar li l-poplu tiegħi Israel ikun qed jgħammar fis-sigurtà, mhux se tinnotah int dan?+ 15 U int żgur li se tiġi minn postok, mill-iktar partijiet imbegħdin tat-tramuntana,+ int u ħafna popli miegħek, ilkoll kemm huma rekbin iż-żwiemel, ġemgħa kbira, iva, qawwa militari numeruża.+ 16 U int se jkollok titlaʼ kontra l-poplu tiegħi Israel, bħal sħab li jiksi l-pajjiż.+ Dan jiġri fl-aħħar parti tal-jiem, u jien inġibek kontra l-pajjiż tiegħi,+ sabiex il-ġnus ikunu jafuni meta nqaddes lili nnifsi permezz tiegħek quddiem għajnejhom, O Gog.”’+
17 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Int+ l-istess wieħed li jien tkellimt dwaru fil-jiem taʼ qabel b’id il-qaddejja tiegħi l-profeti taʼ Israel, li f’dawk il-jiem—sena wara sena—kienu qed jipprofetizzaw li kelli nġibek kontrihom?’+
18 “‘U jrid iseħħ f’dak il-jum, fil-jum meta Gog jidħol fuq l-art taʼ Israel,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘li l-korla tiegħi titlaʼ fi mnieħri.+ 19 U fil-ħeġġa tiegħi,+ fin-nar tal-qilla tiegħi, se jkolli nitkellem.+ Dakinhar żgur isseħħ theżżiża kbira fl-art taʼ Israel.+ 20 U minħabba fija l-ħut tal-baħar u l-ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet u l-bhejjem salvaġġi tar-rabaʼ u l-ħlejjaq li jitkaxkru kollha li qed jitkaxkru maʼ l-art u l-bnedmin kollha li qegħdin fuq wiċċ l-art se jkollhom jirtogħdu,+ u l-muntanji jiġġarrfu+ u t-toroq weqfin ikollhom jaqgħu, u kull ħajt jaqaʼ maʼ l-art.’
21 “‘U se nsejjaħ sejf kontrih mar-reġjun muntanjuż kollu tiegħi,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.+ ‘Is-sejf taʼ kull wieħed se jkun kontra ħuh stess.+ 22 U se nġib lili nnifsi f’ġudizzju+ miegħu, b’pesta+ u b’demm;+ u xita li tgħarraq u biċċiet tas-silġ,+ nar+ u kubrit se nniżżel fuqu u fuq il-qtajjaʼ tiegħu u fuq il-ħafna popli li se jkunu miegħu.+ 23 U ċertament li se nuri l-kobor tiegħi u nqaddes lili nnifsi+ u ngħarraf min jien quddiem għajnejn ħafna ġnus; u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’+