Salm
Għanja taʼ David, meta kien fid-deżert taʼ Ġuda.
63 Alla, int l-Alla tiegħi, jien nibqaʼ nfittxek.
Għandi* bżonnok bħalma xi ħadd bil-għatx għandu bżonn l-ilma.
Jien* dgħajjef għax nixtieq ħafna li tkun ħdejja
F’din l-art niexfa u xotta, fejn m’hawnx ilma.
2 Meta kont inkun fil-post qaddis,
Jien rajt is-saħħa u l-glorja tiegħek u qisni rajt lilek.
4 Jien se nfaħħrek ħajti kollha;
Se ngħajjat lil ismek u nitlob lilek.
6 Waqt li nkun fuq is-sodda, jien niftakar fik,
Il-lejl kollu nimmedita fuqek.
7 Int il-wieħed li tgħinni,
Għalhekk se nkanta bil-ferħ taħt id-dell taʼ ġwinħajk.
11 Imma r-re se jifraħ minħabba dak li se jagħmel għalih Alla.
Kull min jaħlef b’Alla se jfaħħru,*
Għax dawk li jigdbu se jiġu msikktin.