Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
31 Ġeħova, jien lejk dort għall-protezzjoni.
Jalla qatt ma niġi umiljat.
Eħlisni għax int ġust.
Sir muntanja taʼ refuġju għalija,
Post iffortifikat biex issalvani.
3 Għax int il-blata u l-fortizza tiegħi;
Minħabba ismek, int se tmexxini u tiggwidani.
4 Int se teħlisni mix-xibka li ħbew biex jaqbduni,
Għax int il-fortizza tiegħi.
Int fdejtni* Ġeħova, l-Alla tal-verità.*
6 Jien nobgħodhom lil dawk li jqimu lill-idoli li ma jiswew għal xejn,
Imma jien nafda f’Ġeħova.
7 Jien ferħan ħafna għax int turini mħabba u lealtà,*
Għax int rajt it-tbatija tiegħi;
Int konxju tad-dwejjaq kbar li għandi.*
9 Ġeħova, ħenn għalija għax jien imdejjaq.
Minħabba l-uġigħ kbir li għandi, il-vista tiegħi marret lura u ġismi* ddgħajjef.
11 L-għedewwa kollha tiegħi jmaqdruni,
Speċjalment il-ġirien tiegħi.
Dawk li jafuni jibżgħu minni.
Meta jarawni barra jaħarbu.
12 Jien minsi għalkollox, qisni wieħed mejjet;
Inħossni ma niswa għal xejn bħal ġarra mkissra;
13 Smajt ħafna qlajjaʼ koroh dwari;
Jien imbeżżaʼ għax qed jhedduni minn kull naħa.
Meta jinġabru flimkien kontrija,
Jippjanaw biex joqtluni.
14 Imma jien nafda fik, Ġeħova,
U ngħid li int l-Alla tiegħi.
15 Ħajti hi f’idejk.
Eħlisni minn id l-għedewwa u dawk li jippersegwitawni.
16 Urini li jien approvat minnek.
Urini mħabba u lealtà, u salvani.
17 Ġeħova, jalla ma niġix umiljat meta ngħajjatlek.
Jalla jiġu umiljati l-ħżiena;
Jalla jinżlu fil-Qabar* u jagħlqu ħalqhom.
18 Jalla jimmutaw dawk li jigdbu,
Dawk li jitkellmu b’arroganza kontra l-ġust u jmaqdruh.
19 Kemm hi kbira l-qalb tajba tiegħek!
Int lestejt ħafna affarijiet tajbin għal dawk li jirrispettawk ħafna,*
U wrejt qalb tajba quddiem kulħadd maʼ dawk li jduru lejk għall-protezzjoni.
20 Int se taħbihom fil-post sigriet tiegħek stess,
’Il bogħod minn dawk li qed jippjanaw kontrihom.
Int se taħbihom fil-post taʼ kenn tiegħek,
’Il bogħod minn dawk li jattakkawhom bi ħdura.
21 Jalla jiġi mfaħħar Ġeħova,
Għax meta kont f’belt assedjata mill-għedewwa,
Hu wrieni mħabba u lealtà b’mod tal-għaġeb.
22 Min-naħa tiegħi, jien ippanikjajt u għedt:
“Se mmut quddiemek.”
Imma meta tlabtek bil-ħniena biex tgħinni, int smajtni.
23 Ħobbu lil Ġeħova, intom il-leali kollha tiegħu.
Ġeħova jipproteġi lil dawk li juru lealtà,
Imma hu jikkastiga bl-aħrax lil kull min hu kburi.
24 Intom li qed tistennew lil Ġeħova biex jaġixxi,
Kunu kuraġġużi u sodi.