Salm
Għanja tat-Tlajjaʼ.
130 Ġeħova, jien ngħajjatlek għall-għajnuna
Għax għaddej minn żmien diffiċli ħafna.
2 Ismagħni Ġeħova.
Jalla tagħti kasi meta ngħajjatlek għall-għajnuna.
6 Jien* se nistenna bil-ħeġġa lil Ġeħova biex jgħinni,
Iktar minn għassies li jistenna biex jasal filgħodu,
Iva, iktar minn għassies li jistenna biex jasal filgħodu.
7 Jalla Iżrael jistenna lil Ġeħova biex jgħinu,
Għax Ġeħova għandu mħabba u lealtà,
U għandu qawwa kbira biex isalva.*
8 Hu se jaħfer l-iżbalji kollha tal-Iżraelin.