Isaija
50 Ġeħova jgħid:
“Fejn hu ċ-ċertifikat tad-divorzju t’ommkom, li jien keċċejt?
Jew begħtkom jien għax kelli d-dejn maʼ xi ħadd?
Kien minħabba l-iżbalji tagħkom stess li ġejtu mibjugħin,
U minħabba n-nuqqasijiet tagħkom stess li ommkom tkeċċiet.
2 Allura għala ma kien hawn ħadd meta ġejt?
Għala ħadd ma wieġeb meta għajjattilkom?
Jaqaw idi qasira wisq biex insalvakom,
Jew m’għandix qawwa jien biex neħliskom?
Bil-kmand tiegħi jinxef il-baħar;
Jien inbiddel ix-xmajjar f’deżert.
Il-ħut taʼ ġo fihom jinten minħabba n-nuqqas t’ilma,
U jmut minħabba n-nixfa.
3 Is-sema libbistha bid-dlam,
U għattejtha bil-ħwejjeġ tal-ixkora.”
Hu jqajjimni kull filgħodu;
Hu jagħmilni lest biex nismaʼ* bħal xi ħadd li jiġi mgħallem.
5 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox tani l-abbiltà li nifhem,
U jien ma kontx ribelluż.
Ma mortx fid-direzzjoni opposta.
6 Jien tajt dahri lil dawk li kienu qed isawtuni
U l-wardiet taʼ wiċċi lil dawk li qalgħuli d-daqna.
Meta għajruni u beżquli, ma ħbejtx wiċċi.
7 Imma Ġeħova s-Sid taʼ Kollox se jgħinni.
Hu għalhekk li mhux se nħossni umiljat.
Hu għalhekk li jien determinat li nibqaʼ sod,*
U naf li mhux se niġi mġiegħel nistħi.
8 Dak li jgħid li jien ġust, hu qrib.
Min jistaʼ jakkużani?*
Ejjew niffaċċjaw lil xulxin.
Min għandu każ kontrija?
Ħa jersaq lejja.
9 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox se jgħinni.
Min se jgħid li jien ħati?
Huma lkoll se jitmermru bħall-ħwejjeġ.
Il-kamla se tikolhom.
Għalkemm timxu fi dlam ċappa u mingħajr dawl,
Afdaw fl-isem taʼ Ġeħova u kunu fiduċjużi li se jgħinkom.*
Mingħandi se tirċievu dan il-kastig:
Se timteddu minħabba li jkollkom uġigħ kbir.