Salm
Għanja taʼ David.
138 Jien se nfaħħrek b’qalbi kollha.
Se nfaħħrek bil-kant
Quddiem allat oħrajn.*
Għax int urejt li ismek u l-wegħdi tiegħek huma akbar minn kollox.*
4 Ġeħova, ir-rejiet kollha tal-art se jfaħħruk,
Għax huma se jkunu semgħu l-wegħdi li għamilt int.
5 Huma se jkantaw dwar l-affarijiet li għamel Ġeħova,
Għax il-glorja taʼ Ġeħova hi kbira.
7 Anki meta nkun fil-periklu, int iżżommni ħaj.
Int tuża l-qawwa tiegħek kontra l-għedewwa rrabjati tiegħi;
Se ssalvani b’idek il-leminija.
8 Ġeħova, int se tagħmel dak kollu li wegħedtni.
Ġeħova, l-imħabba u l-lealtà* tiegħek jibqgħu għal dejjem.
Titlaqx lin-nies li int ħlaqt.