Ġeremija
45 Dan hu l-messaġġ li jien, il-profeta Ġeremija, għedt lil Baruk bin Nerija meta kiteb dak li għedtlu fir-rabaʼ sena tat-tmexxija tar-Re Ġeħojakim taʼ Ġuda bin Ġosija:
2 “Ġeħova, l-Alla t’Iżrael, jgħid hekk dwarek, Baruk, 3 ‘Int għedt: “Ħażin għalija, għax Ġeħova żiedli d-dwejjaq mal-uġigħ tiegħi! Għajejt ingerger, u ma sibtx post fejn nistrieħ.”’
4 “Għid lil Baruk, ‘Hekk jgħid Ġeħova: “Dak li bnejt qed inwaqqgħu u dak li ħawwilt qed naqilgħu, u se nagħmel hekk lill-pajjiż kollu. 5 Imma int qed tfittex* affarijiet kbar għalik innifsek. Tibqax tfittixhom.”’
“‘Jien dalwaqt se nġib diżastru fuq in-nies kollha, imma lilek se nsalvak, tmur fejn tmur,’ jgħid Ġeħova.”