LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 25
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mid-Dewteronomju

      • Regola fuq id-daqqiet li jingħataw (1-3)

      • Tagħmilx sarima maʼ ħalq barri li qed jidres (4)

      • Id-dmir taʼ ħu r-raġel (5-10)

      • Jekk mara taqbad il-partijiet privati taʼ raġel fi ġlieda (11, 12)

      • Użin u kejl ġusti (13-16)

      • L-Għamalekin iridu jinqerdu (17-19)

Dewteronomju 25:4

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

  • *

    Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Dewteronomju 25:7

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Dewteronomju 25:9

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    9/15/2004, p. 26

Dewteronomju 25:10

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “isem id-dar tiegħu.” Letteralment “ismu.”

Dewteronomju 25:14

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “efa u efa.” Ara App. B14.

Dewteronomju 25:18

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “ma beżgħux minn.”

Dewteronomju 25:19

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Imita, p. 144

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Dewteronomju 25:1-19

Dewteronomju

25 “Meta jinqalaʼ argument bejn tnejn min-nies, huma jistgħu jmorru quddiem l-imħallfin, u dawn jiġġudikawhom u jiddikjaraw lill-ġust innoċenti u lil dak mill-agħar ħati. 2 Jekk dak li hu mill-agħar ikun jistħoqqlu jiġi msawwat, l-imħallef iġiegħlu joqgħod mimdud, u dan jiġi msawwat quddiemu. Hu jaqlaʼ daqqiet skont kemm ikun gravi dak li għamel. 3 Hu jistaʼ jagħtih sa 40 daqqa, u mhux iktar. Jekk ikompli jagħtih iktar minn hekk, ħuk li għamel il-ħażen jiġi ddiżonorat quddiem għajnejk.

4 “Tagħmilx sarima maʼ ħalq il-barri meta jkun qed jidres* iċ-ċereali.*

5 “Jekk l-aħwa jkunu jgħixu viċin taʼ xulxin u wieħed minnhom imut mingħajr ma jkollu tifel, mart dak li miet m’għandhiex tiżżewweġ lil xi ħadd barra mill-familja. Ħu żewġha għandu jmur għandha, jiżżewwiġha, u jaqdi dmiru bħala ħu żewġha. 6 L-ewwel imwieled jiġi kkunsidrat bħala iben ir-raġel li miet, sabiex ismu ma jinqeridx minn Iżrael.

7 “Issa jekk ir-raġel ma jkunx irid jiżżewweġ l-armla taʼ ħuh, hi għandha tmur ħdejn bieb il-belt għand l-anzjani* u tgħid, ‘Ħu żewġi ma jridx iżomm isem ħuh ħaj f’Iżrael. Ma qabilx li jiżżewwiġni u jaqdi dmiru bħala ħu żewġi.’ 8 L-anzjani taʼ beltu għandhom jgħajtulu u jkellmuh. Jekk hu jinsisti u jgħid, ‘Ma rridx niżżewwiġha,’ 9 l-armla taʼ ħuh għandha tersaq lejh quddiem l-anzjani, tneħħilu s-sandlija minn siequ, tobżoqlu f’wiċċu, u tgħid, ‘Hekk għandhom jagħmlulu lir-raġel li ma jkunx irid ikollu iben għal ħuh.’ 10 Wara dan, isem il-familja tiegħu* f’Iżrael ikun magħruf bħala: ‘Id-dar taʼ dak li tneħħietlu s-sandlija.’

11 “Jekk żewġt irġiel jibdew jiġġieldu flimkien u mart wieħed minnhom tersaq qrib biex tipproteġi lil żewġha minn dak li qed isawtu u hi toħroġ idha u taqbdu mill-partijiet privati tiegħu, 12 għandek taqtgħalha idha barra. M’għandux jiddispjaċik.

13 “Fil-basket tiegħek m’għandux ikollok żewġ ġebliet differenti li tiżen bihom, jiġifieri waħda tqila u oħra ħafifa. 14 F’darek m’għandux ikollok żewġ reċipjenti differenti li tkejjel bihom,* jiġifieri wieħed kbir u ieħor żgħir. 15 Għandu jkollok użin eżatt u ġust u kejl eżatt u ġust, sabiex tgħix ħajja twila fl-art li qed jagħtik Ġeħova l-Alla tiegħek. 16 Għax kull bniedem inġust li jagħmel dawn l-affarijiet hu moqżież għal Ġeħova l-Alla tiegħek.

17 “Ftakru x’għamlulkom l-Għamalekin fit-triq intom u ħerġin mill-Eġittu. 18 Meta ltaqgħu magħkom, attakkaw lil dawk kollha li nqatgħu lura minnkom waqt li kontu dgħajfin u għajjenin. Huma ma rrispettawx lil* Alla. 19 Meta Ġeħova l-Alla tagħkom ikun serraħkom mill-għedewwa kollha taʼ madwarkom, fl-art li Ġeħova l-Alla tagħkom qed jagħtikom bħala wirt, għandkom teqirdu għalkollox lill-Għamalekin ħalli qatt ma jiġu mfakkrin taħt is-sema. M’għandkomx tinsew.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja