L-Ewwel Kronaki
8 Benjamin kellu lil Bela, l-ewwel imwieled, Asbel it-tieni, Aħaraħ it-tielet, 2 Noħa r-rabaʼ, u Rafa l-ħames. 3 It-tfal taʼ Bela kienu Addar, Gera, Abiħud, 4 Abisugħa, Nagħman, Aħogħa, 5 Gera, Sefufan, u Ħuram. 6 It-tfal taʼ Eħud kienu l-kapijiet tal-familji li jgħixu f’Geba, li ttieħdu fl-eżilju f’Manaħat. Dawn kienu 7 Nagħman, Aħija, u Gera. Huma ħadu n-nies fl-eżilju u Gera ħa t-tmexxija. Hu kellu lil Użża u Aħiħud. 8 Saħarajm kellu t-tfal fit-territorju taʼ Mowab wara li keċċiehom. In-nisa tiegħu kienu Ħusim u Bagħra.* 9 U minn martu Ħodes kellu lil Ġobab, Sibja, Mesa, Malkam, 10 Ġegħuz, Sakja, u Mirma. Dawn kienu t-tfal tiegħu, kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier.
11 Minn Ħusim kellu lil Abitub u Elfgħal. 12 U t-tfal taʼ Elfgħal kienu Għeber, Misgħam, Semed (li bena Ono u Lod bil-bliet li jiddependu minnha*), 13 Berija, u Sema. Dawn kienu l-kapijiet tal-familji li jgħixu f’Ajjalon. Dawn keċċew lin-nies taʼ Gat. 14 It-tfal taʼ Berija kienu Aħjo, Sasak, Ġeremot, 15 Żebadija, Għarad, Għeder, 16 Mikiel, Isfa, u Ġoħa, it-tfal taʼ Berija. 17 It-tfal taʼ Elfgħal kienu Żebadija, Mesullam, Ħiżki, Ħeber, 18 Ismeraj, Iżlija, u Ġobab, it-tfal taʼ Elfgħal. 19 It-tfal taʼ Simgħi kienu Ġakim, Żikri, Żabdi, 20 Eligħenaj, Silletaj, Eligħel, 21 Għadaja, Beraja, u Simrat, it-tfal taʼ Simgħi. 22 It-tfal taʼ Sasak kienu Isfan, Għeber, Eligħel, 23 Għabdon, Żikri, Ħanan, 24 Ħananija, Għelam, Għantotija, 25 Ifdeja, u Penwel, it-tfal taʼ Sasak. 26 It-tfal taʼ Ġeroħam kienu Samseraj, Seħarija, Għatalija, 27 Ġagħresija, Elija, u Żikri, it-tfal taʼ Ġeroħam. 28 Dawn kienu l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier skont dawk li jiġu minnhom. Huma kienu jgħixu f’Ġerusalemm.
29 Ġegħijel missier Gibegħon kien jgħix f’Gibegħon. Martu kien jisimha Magħka. 30 L-ewwel imwieled tiegħu kien Għabdon, u warajh kien hemm Żur, Kis, Bagħal, Nadab, 31 Gedor, Aħjo, u Żeker. 32 Miklot kellu lil Simegħah. Dawn kollha għexu maʼ ħuthom f’Ġerusalemm ħdejn ħuthom l-oħrajn.
33 Ner kellu lil Kis, Kis kellu lil Sawl. Sawl kellu lil Ġonatan, Malki-sugħa, Abinadab, u Esbagħal.* 34 U t-tifel taʼ Ġonatan kien Merib-bagħal.* Merib-bagħal kellu lil Mikea. 35 U t-tfal taʼ Mikea kienu Piton, Melek, Tarea, u Aħaż. 36 Aħaż kellu lil Ġeħogħadda, Ġeħogħadda kellu lil Għalemet, Għażmawet, u Żimri. Żimri kellu lil Mosa, 37 Mosa kellu lil Binegħa, Binegħa kellu lil Rafah, Rafah kellu lil Elegħasa, u Elegħasa kellu lil Asel. 38 Asel kellu sitt subien: Għażrikam, Bokeru, Ismagħel, Segħarija, Għobadija, u Ħanan. Dawn kollha kienu t-tfal taʼ Asel. 39 U t-tfal taʼ ħuh Għesek kienu Ulam, l-ewwel imwieled, Ġegħus it-tieni, u Elifelet it-tielet. 40 U t-tfal taʼ Ulam kienu gwerriera b’saħħithom li jafu jużaw il-qaws, u kellhom ħafna tfal u neputijiet, 150 b’kollox. Dawn kollha kienu dawk li jiġu minn Benjamin.