L-Ewwel Kronaki
24 Dan hu kif David qassam lil dawk li jiġu minn Aron fi gruppi: It-tfal t’Aron kienu Nadab, Abiħu, Elegħażar, u Itamar. 2 Madankollu, Nadab u Abiħu mietu qabel missierhom u ma kellhomx tfal. Imma Elegħażar u Itamar baqgħu jaqdu bħala qassisin. 3 David, Sadok minn dawk li jiġu minn* Elegħażar, u Aħimelek minn dawk li jiġu minn Itamar qassmu lil dawk li jiġu minn Aron skont il-kariga tas-servizz tagħhom. 4 Peress li dawk li jiġu minn Elegħażar kellhom iktar kapijiet minn dawk li jiġu minn Itamar, qassmuhom skont kemm kienu: Dawk li jiġu minn Elegħażar kellhom 16-il kap tal-familji min-naħa tal-missier, u dawk li jiġu minn Itamar kellhom tmien kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier.
5 Iktar minn hekk, huma qassmu t-tfal t’Elegħażar u t-tfal taʼ Itamar bix-xorti, għax il-kapijiet għall-post qaddis u l-kapijiet li jaqdu lill-Alla l-veru kienu miż-żewġ gruppi. 6 Imbagħad Semajja bin Netanel is-segretarju tal-Leviti kiteb isimhom quddiem ir-re, il-kapijiet tal-poplu, Sadok il-qassis, Aħimelek bin Abjatar, u l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier tal-qassisin u l-Leviti. Ġiet magħżula dar minn dawk li jiġu minn Elegħażar u dar minn dawk li jiġu minn Itamar.
7 L-ewwel li telaʼ bix-xorti kien Ġeħojarib, it-tieni Ġedaja, 8 it-tielet Ħarim, ir-rabaʼ Segħorim, 9 il-ħames Malkija, is-sitta Mijamin, 10 is-sebaʼ Ħakkos, it-tmienja Abija, 11 id-disaʼ Ġeswa, l-għaxra Sekanija, 12 il-11 Eljasib, it-12 Ġakim, 13 it-13 Ħuffa, l-14 Ġesebegħab, 14 il-15 Bilga, is-16 Immer, 15 is-17 Ħeżir, it-18 Ħaffisses, 16 id-19 Petaħija, l-20 Ġeħeżkel, 17 il-21 Ġakin, it-22 Gamul, 18 it-23 Delaja, u l-24 Magħżija.
19 Dawn kienu l-karigi tas-servizz tagħhom meta kienu jidħlu fid-dar taʼ Ġeħova skont il-proċedura li għamel l-antenat tagħhom Aron, bħalma kien ikkmandah Ġeħova l-Alla t’Iżrael.
20 U mil-Leviti li kien fadal kien hemm Subagħel li jiġi minn Għamram, Ġeħdeja li jiġi minn Subagħel, 21 il-kap Issija li jiġi minn Reħabija, 22 Selomot li jiġi minn Isħar, u Ġaħat li jiġi minn Selomot. 23 U minn dawk li jiġu minn Ħebron: Ġerija l-kap, Amarija t-tieni, Ġaħażijel it-tielet, u Ġekamegħam ir-rabaʼ. 24 Minn dawk li jiġu minn Użżijel, Mikea. U minn dawk li jiġu minn Mikea, Samir. 25 Ħu Mikea kien Issija. Minn dawk li jiġu minn Issija, Żakkarija.
26 Dawk li jiġu minn Merari kienu Maħli u Musi. Minn dawk li jiġu minn Ġagħżija, Beno. 27 Minn dawk li jiġu minn Merari: Beno, Soħam, Żakkur, u Ibri minn Ġagħżija. 28 Minn Maħli, Elegħażar, li ma kellux tfal. 29 Minn dawk li jiġu minn Kis, Ġeraħmel. 30 U dawk li jiġu minn Musi kienu Maħli, Għeder, u Ġerimot.
Dawn kienu t-tfal taʼ Levi skont dar missirijiethom. 31 U dawn ukoll tefgħu x-xorti bħalma għamlu ħuthom it-tfal t’Aron quddiem ir-Re David, Sadok, Aħimelek, u l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier tal-qassisin u l-Leviti. Il-familja tat-tifel il-kbir kienet ittrattata bħal taż-żgħir.