Salm
Għanja taʼ David.
29 Agħtu lil Ġeħova dak li jixraqlu, intom* li għandkom il-qawwa.
Agħtu lil Ġeħova dak li jixraqlu għall-glorja u s-saħħa tiegħu.
2 Agħtu lil Ġeħova l-glorja li tixraq lil ismu.
Milu quddiem* Ġeħova bi ħwejjeġ qaddisa.*
3 Leħen Ġeħova jinstemaʼ minn fuq l-ilmijiet;
Il-leħen glorjuż t’Alla jinstemaʼ bħar-ragħad.
Ġeħova hu fuq ħafna ilmijiet.
4 Leħen Ġeħova hu qawwi;
Leħen Ġeħova hu impressjonanti.
5 Leħen Ġeħova qed ikisser is-siġar taċ-ċedri;
Iva, Ġeħova jkisser is-siġar taċ-ċedri tal-Libanu.
6 Alla jġiegħel il-muntanji tal-Libanu jaqbżu bħal għoġol,
U l-Muntanja Sirjon bħal barri żgħir salvaġġ.
7 Leħen Ġeħova joħroġ bi fjammi tan-nar;
8 Leħen Ġeħova jriegħed id-deżert;
Ġeħova jriegħed id-deżert taʼ Kades.
Dawk kollha fit-tempju tiegħu jgħidu: “Faħħru lil Alla!”
11 Ġeħova se jsaħħaħ lill-poplu tiegħu.
Ġeħova se jbierek lill-poplu tiegħu billi jagħtihom il-paċi.