Ġob
35 Eliħu kompla jgħid:
2 “Tant int konvint li għandek raġun li lest li tgħid,
‘Jien iktar ġust minn Alla.’
3 Għax int tgħid, ‘X’differenza tagħmillek?*
Ħadt xi ħaġa billi ma dnibtx?’
4 Jien se nwieġeb lilek
U lil sħabek ukoll.
5 Ħares lejn is-sema,
Innota s-sħab, li hu ħafna ’l fuq minnek.
6 Se tweġġgħu lil Alla jekk tidneb?
Jekk tkompli tagħmel l-iżbalji, se teffettwah?
7 Taħseb li se tagħtih xi ħaġa billi tkun ġust?
X’se jieħu mingħandek?
8 Kemm jekk tagħmel il-ħażin u kemm jekk tagħmel it-tajjeb
Se teffettwa biss nies bħalek.
9 In-nies jgħajtu għall-għajnuna meta jiġu maħqurin ħafna;
Huma jitolbu biex jinħelsu minn taħt* il-kbarat.
10 Imma ħadd ma jgħid, ‘Fejn hu Alla, il-Ħallieq Grandjuż tiegħi,
Il-wieħed li jġegħelna nkantaw filgħaxija?’
11 Hu jgħallimna iktar milli jgħallem lill-annimali,
Hu jagħmilna iktar għorrief mill-għasafar.
12 In-nies jgħajtu għall-għajnuna imma ma jwiġibhomx,
Għax hu jara l-kburija tal-ħżiena.
13 Bla dubju Alla ma jismax lil dawk li jgħajtu għalxejn;*
Dak li Jistaʼ Kollox ma jagħtix kas l-għajjat tagħhom.
14 Aħseb u ara meta tgerger li mhu jagħmel xejn!
Il-każ tiegħek qiegħed quddiemu, għalhekk stenna l-ġudizzju tiegħu.
15 Għax hu ma talbekx b’rabja biex tagħtih kont;
Hu għalaq għajnejh meta kont arroganti.
16 Għalhekk Ġob jitkellem fil-vojt;
Hu jkompli jitkellem mingħajr m’għandu għarfien eżatt.”