Salm
Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda fuq noti baxxi.* Għanja taʼ David.
6 Ġeħova, twiddibnix meta tkun irrabjat,
U tikkoreġinix fir-rabja tiegħek.
2 Ġeħova, ħenn għalija għax qed niddgħajjef.
Ġeħova, saħħaħni għax għadmi qed jitriegħed bil-biżaʼ.
6 Għejejt tant kemm qed nibki;
Is-sodda tiġi għasra bil-biki li nibki l-lejl kollu;
Is-saqqu mlejtu bid-dmugħ.
7 Jien għandi stress kbir minħabba t-tbatija li għaddej minnha,
Il-vista tiegħi marret lura* minħabba dawk li jittrattawni ħażin.
8 Itilqu ’l hemm, intom li tagħmlu l-ħażen,
Għax Ġeħova se jismagħni nibki.
9 Ġeħova se jismagħni meta nitolbu bil-ħniena;
Ġeħova se jaċċetta t-talba tiegħi.
10 L-għedewwa kollha tiegħi se jkollhom jistħu u jaqtgħu qalbhom;
F’daqqa waħda se jaħarbu umiljati.