Salm
Lid-direttur; fuq Mut-labben.* Għanja taʼ David.
א [Alef]
9 Ġeħova, jien se nfaħħrek b’qalbi kollha;
Se nitkellem dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għamilt.
2 Se nifraħ u naqbeż bil-ferħ minħabba dak li int għamilt;
Se nfaħħar bil-kant lil* ismek l-Iktar Għoli.
ב [Bet]
3 Meta l-għedewwa tiegħi jaħarbu,
Int se tfixkilhom u teqridhom.
4 Għax int se tiddefendi l-kawża ġusta tiegħi;
Int tiġġudika bil-ġustizzja mit-tron tiegħek.
ג [Gimel]
5 Int ikkundannajt il-popli u qridt il-ħżiena.
Ħadd mhu se jibqaʼ jiftakarhom iktar.
6 L-għedewwa u l-bliet tagħhom inqerdu għal dejjem,
U huma se jiġu minsijin għalkollox.
ה [Ħe]
7 Imma Ġeħova se jibqaʼ fuq it-tron għal dejjem,
Hu se jibqaʼ jmexxi u dejjem se jiġġudika b’mod ġust.
ו [Waw]
9 Ġeħova se jsir post taʼ protezzjoni* għal min hu ttrattat ħażin,
Post taʼ protezzjoni fi żminijiet diffiċli.
10 Dawk li jafu lil ismek se jafdaw fik,
Int qatt mhu se titlaq lil dawk li jfittxuk, Ġeħova.
ז [Żajin]
11 Faħħru bil-kant lil Ġeħova, li jgħix f’Sijon;
Tkellmu man-nies dwar dak li għamel.
12 Alla se jiftakar f’dawk li qed ibatu u se jikkastiga lil dawk li qatluhom;
Hu qatt mhu se jinsa l-għajta tagħhom għall-għajnuna.
ח [Ħet]
13 Ħenn għalija, Ġeħova; innota kemm qed inbati minħabba dawk li jobogħduni.
Int issalvani minn ħalq* il-mewt.
14 B’hekk inkun nistaʼ nitkellem fil-bibien tal-belt taʼ* Sijon dwar l-affarijiet li għamilt int u li huma taʼ min ifaħħarhom,
U nifraħ għax issalvani.
ט [Tet]
15 Il-popli waqgħu fil-ħofra li għamlu huma;
Sieqhom inqabdet fix-xibka li ħbew.
16 Ġeħova hu magħruf għall-ġudizzju tiegħu.
Il-ħżiena se jinqabdu f’nassa minħabba dak li jagħmlu.
Ħiggajon.* (Sela)
י [Jod]
18 Imma Alla mhux se jinsa lill-foqra.
Dak li jittamaw għalih in-nies umli se jiġri.
כ [Kaf]
19 Agħmel xi ħaġa, Ġeħova! Tħallix bniedem jirbaħlek.
Jalla l-popli jiġu ġġudikati quddiemek.
20 Ġegħelhom jibżgħu, Ġeħova,
Ħalli jkunu jafu li huma sempliċi bnedmin. (Sela)