Salm
Għanja tal-inawgurazzjoni tad-dar. Għanja taʼ David.
30 Jien se nfaħħrek Ġeħova, għax int salvajtni;*
Int ma ħallejtx l-għedewwa tiegħi jifirħu minħabba t-telfa tiegħi.
2 Ġeħova Alla tiegħi, jien għajjattlek għall-għajnuna, u int fejjaqtni.
3 Ġeħova, int tellajtni* mill-Qabar;*
Int żammejtni ħaj; ma ħallejtnix ninżel fil-ħofra.*
4 Faħħru bil-kant lil* Ġeħova, intom il-leali tiegħu,
Faħħru lil ismu l-qaddis;*
5 Għax hu ma jdumx irrabjat maʼ xi ħadd,
Imma l-approvazzjoni t’Alla tibqaʼ għal ħajtu kollha.
Anki jekk filgħaxija jkun hemm il-biki, filgħodu jkun hemm il-ferħ.
6 Meta kelli moħħi mistrieħ għedt:
“Qatt mhu se jiġrili xejn.”*
7 Ġeħova, meta kont approvat minnek, għamiltni b’saħħti daqs muntanja.
Imma meta ħbejt wiċċek minni, jien twerwirt.
8 Ġeħova, lilek komplejt ngħajjat għall-għajnuna;
U lilek, Ġeħova, komplejt nitlob biex turini ħniena.
9 X’vantaġġ hemm jekk immut u ninżel fil-ħofra?*
Se jfaħħrek it-trab? Se jitkellem dwar il-lealtà tiegħek?
10 Ġeħova, ismagħni u ħenn għalija.
Għinni Ġeħova.
12 Għalhekk mhux se noqgħod kwiet, imma* se nfaħħrek bil-kant.
Ġeħova Alla tiegħi, jien se nfaħħrek għal dejjem.