Salm
IT-TIENI KTIEB
(Salmi 42-72)
Lid-direttur. Maskil* ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.
2 Bħalma bniedem ikun bil-għatx għall-ilma, jien* għandi bżonn ħafna lill-Alla l-ħaj.
Meta nistaʼ mmur quddiem Alla?
3 Il-ġurnata u l-lejl kollu nibki u ma nikolx;
In-nies il-ħin kollu jgħajruni u jgħiduli: “Fejn hu l-Alla tiegħek?”
4 Jien jaqbduni dwejjaq kbar
Meta niftakar fiż-żmien li kont immur lejn id-dar t’Alla mal-folla;
Jien kont immexxihom
U matul it-triq aħna konna nifirħu;
Konna nkantaw bħal folla li tiċċelebra festa.
Għala jien inkwetat?
Jien se nistenna lil Alla biex jaġixxi.
Jien għad irrid infaħħru bħala s-Salvatur Grandjuż tiegħi.
6 Alla tiegħi, jien* iddisprat.
7 Qed nismaʼ ħoss taʼ ilma ġej bis-saħħa;
Il-ħoss hu tan-nixxigħat tal-ilma tiegħek.
Il-mewġ qawwi tiegħek għadda minn fuqi.
8 Matul il-ġurnata, Ġeħova se juri mħabba u lealtà* miegħi,
U billejl jien se nkanta dwaru;
Se nitlob lill-Alla li jagħtini l-ħajja.
9 Jien se ngħid lil Alla, il-blata tiegħi:
“Għala nsejtni?
Għala għandi nkun imdejjaq minħabba li l-għadu jaħqarni?”
10 L-għedewwa tiegħi jgħajruni b’mibegħda kbira.*
Huma l-ħin kollu jgħajruni u jgħiduli: “Fejn hu l-Alla tiegħek?”
Għala jien inkwetat?
Jien se nistenna lil Alla biex jaġixxi.
Jien għad irrid infaħħru bħala s-Salvatur Grandjuż tiegħi u l-Alla tiegħi.