Salm
Lid-direttur. Maskil* ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.
44 Alla tagħna, aħna smajna;
Missirijietna rrakkontawlna
Dak li int għamilt fi żmienhom,
Żmien twil ilu.
2 Bis-saħħa tiegħek, int keċċejt lill-popli
U tajt l-art tagħhom lil missirijietna.
Int irbaħt lill-ġnus u keċċejthom ’l hemm.
3 Missirijietna ma ħadux l-art bis-saħħa tax-xabla tagħhom,
U ma kienx bis-saħħa taʼ jdejhom stess li rebħu.
Imma kien bis-saħħa t’idek il-leminija, il-qawwa tiegħek, u l-ħniena tiegħek,
Għax int ħabbejthom.
4 Alla tiegħi, int ir-Re tiegħi.
Agħtih rebħa kbira* lil Ġakobb.
5 Bis-saħħa tiegħek, aħna se nkeċċu lill-għedewwa tagħna;
F’ismek aħna se ngħaddu minn fuq dawk li jiħduha kontrina.
6 Għax jien ma nafdax fil-qaws tiegħi,
U x-xabla tiegħi ma tistax issalvani.
7 Int kont li salvajtna mill-għedewwa tagħna,
U li umiljajt lil dawk li jobogħduna.
8 Alla tagħna, aħna se nfaħħruk il-ġurnata kollha,
U se nfaħħru lil ismek għal dejjem. (Sela)
9 Imma issa warrabtna u umiljajtna,
U m’intix tmexxi l-armati tagħna.
10 Int tħalli lill-għedewwa tagħna jġegħluna naħarbu,
U lil dawk li jobogħduna jieħdu li jridu mingħandna.
11 Int tagħtina bħal nagħaġ għall-qatla;
Int ixxerridna fost il-popli.
12 Int tbigħ lill-poplu tiegħek kważi b’xejn,
U ma tagħmilx qligħ minnu.
13 Int iġġegħelna naqgħu għaċ-ċajt quddiem il-ġirien tagħna;
In-nies taʼ madwarna jgħajruna u jiddieħqu bina.
15 Jien inħossni umiljat il-ġurnata kollha,
U ma niflaħx ngħolli wiċċi bil-mistħija
16 Minħabba t-tgħajjir u t-twaqqigħ għaċ-ċajt,
Għax l-għadu tagħna qed jivvendika ruħu.
17 Għalkemm ġie dan kollu fuqna, aħna ma nsejniekx,
U ma ksirniex il-patt tiegħek.
18 Qalbna baqgħet leali lejk,
U bqajna fit-triq tiegħek.
19 Imma int ħallejtna nitilfu fil-post fejn jgħixu l-klieb slavaġ;
Int ġegħeltna ngħaddu minn tbatija kbira.
Int taf kulma għandna f’qalbna.
22 Peress li aħna l-poplu tiegħek, qed niġu maqtulin kuljum;
L-għedewwa tagħna jqisuna bħal nagħaġ għall-qatla.
23 Ġeħova, għala tibqaʼ bħallikieku rieqed?
Jekk jogħġbok, agħmel xi ħaġa.
Tibqax tabbandunana għal dejjem.
24 Għala taħbi wiċċek minna?
Għala tħallina nsofru u niġu maħqurin?
26 Aġixxi u għinna!