Salm
Lid-direttur. Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.
85 Ġeħova, int ħennejt għall-poplu tal-art tiegħek;
Int ġibt lura lit-tfal taʼ Ġakobb li kienu ttieħdu bħala lsiera.
3 Int ikkontrollajt ir-rabja kollha tiegħek;
Żammejt lura r-rabja kbira tiegħek.
5 Se tibqaʼ rrabjat magħna għal dejjem?
Se tibqaʼ rrabjat minn ġenerazzjoni għal oħra?
6 Se terġaʼ int tagħtina l-ħajja,
Ħalli nkunu nistgħu nifirħu minħabba fik?
8 Jien se nismaʼ dak li se jgħid Ġeħova l-Alla l-veru,
Għax hu se jitkellem dwar il-paċi mal-poplu tiegħu, maʼ dawk li huma leali lejh.
Imma jalla ma jerġgħux jafdaw fihom infushom.
9 Hu żgur li se jsalva lil dawk li jirrispettawh ħafna,*
Ħalli l-art tagħna tkun mimlija bil-glorja tiegħu.
11 Il-lealtà se tinbet mill-art bħall-ħaxix,
U l-ġustizzja t’Alla se tidher bħal dawl mis-sema.
13 Il-ġustizzja se timxi qablu
U tagħmillu triq quddiemu.