Salm
Lid-direttur. Fuq l-għanja taʼ “Teqridnix.” Għanja t’Asaf.
75 Aħna se nirringrazzjawk Alla tagħna, iva se nirringrazzjawk;
Int qrib tagħna,
U n-nies se jxandru x-xogħlijiet tal-għaġeb tiegħek.
2 Int tgħid: “Meta nagħżel żmien biex niġġudika,
Se niġġudika b’mod ġust.
3 Meta l-art u n-nies taʼ ġo fiha bdew jitriegħdu,*
Kont jien li żammejt il-pedament tagħha sod.” (Sela)
6 Għax l-unur tal-bniedem la jiġi
Mil-Lvant, la mill-Punent, u lanqas min-Nofsinhar.
7 Għax Alla hu Mħallef.
Hu jbaxxi lil bniedem u jgħolli lil ieħor.
8 Ġeħova għandu tazza f’idu.
Fiha hemm inbid qawwi u bir-ragħwa.
Hu żgur li jferrgħu,
U n-nies ħżiena kollha tal-art se jixorbuh sal-inqas qatra.”