Salm
Lid-direttur; fuq il-Gittit.* Għanja t’Asaf.
81 Kantaw bil-ferħ lil Alla, is-saħħa tagħna;
Għajtu bil-ferħ u faħħru lill-Alla taʼ Ġakobb.
2 Ibdew il-mużika u aqbdu t-tanburlin,
L-arpa li tagħmel ħoss sabiħ, u l-istrument tal-korda.
3 Doqqu l-qarn meta l-qamar ikun kwinta,
Dakinhar li niċċelebraw il-festa tagħna.
4 Għax din hi liġi li ngħatat lil Iżrael,
Kmandament tal-Alla taʼ Ġakobb,
5 Li ta lil Ġużeppi bħala tfakkira
Meta ħareġ kontra l-art tal-Eġittu.
Jien smajt leħen* li ma stajtx nagħrfu, li qal:
7 Int għajjattli għall-għajnuna meta kont qed tbati, u jien salvajtek;
Jien wiġibtek minn ġo sħab iriegħed.*
Jien għaddejtek minn prova ħdejn l-ilmijiet taʼ Meriba.* (Sela)
8 Isimgħuni poplu tiegħi, u jien nixhed kontrikom.
Mhux li kien tismaʼ minni Iżrael!
9 Fostkom mhu se jkun hemm ebda alla li ma tafux,
U m’intomx se tmilu quddiem alla barrani.
10 Jien hu l-Alla tagħkom, Ġeħova,
Il-wieħed li ħariġkom mill-art tal-Eġittu.
Jien se nitmagħkom sa ma tixbgħu.
11 Imma l-poplu tiegħi ma semax minn leħni;
Iżrael ma wera l-ebda xewqa li jobdini.
12 Għalhekk, ħallejthom jagħmlu skont ma xtaqet ir-ras iebsa tagħhom;
Huma għamlu dak li ħasbu li hu tajjeb.*
13 Mhux li kien il-poplu tiegħi jismaʼ minni!
Mhux li kien Iżrael jimxi mad-direzzjoni li nagħtih!
14 Kieku malajr kont irrażżan l-għedewwa tagħhom;
Kieku kont nirbaħ lil dawk taʼ kontrihom.
15 Dawk li jobogħdu lil Ġeħova se jmorru quddiemu u jirtogħdu bil-biżaʼ.
Il-kastig tagħhom se jibqaʼ għal dejjem.