Salm
Talba taʼ xi ħadd li jiftaħ qalbu maʼ Ġeħova għax qed ibati u jħossu ddisprat.*
102 Ġeħova, ismaʼ t-talba tiegħi;
Ħa tasal għandek l-għajta tiegħi għall-għajnuna.
2 Tinħebiex minni fi żmien diffiċli.
Ismagħni;*
Wiġibni malajr meta ngħajjatlek għall-għajnuna.
3 Għax ħajti qed tispiċċa bħad-duħħan,
U l-għadam tiegħi sar bħal injam li jinħaraq f’ħuġġieġa.
4 Qalbi saret bħall-ħaxix niexef,
M’għandix aptit niekol.
5 Peress li qed inbati ħafna,
Sirt għadma u ġilda.
6 Jien waħdi bħall-pellikan tad-deżert.
Jien bħal kokka żgħira f’post abbandunat.
8 L-għedewwa tiegħi jgħajruni l-ġurnata kollha.
Dawk li jwaqqgħuni għaċ-ċajt jidgħu bija.
9 Għax jien niekol l-irmied bħallikieku ħobż,
U dak li nixrob hu mħallat bid-dmugħ.
10 Dan hu minħabba r-rabja kbira tiegħek,
Għax int bħallikieku għollejtni ’l fuq biex tarmini.
11 Ħajti hi bħal dell li qed jisparixxi,
U jien qed ninxef bħall-ħaxix.
13 Int żgur li se taġixxi u turi ħniena maʼ Sijon,
Għax wasal iż-żmien li tħenn għaliha;
Iż-żmien għal dan wasal.
14 Għax il-qaddejja tiegħek japprezzaw il-ġebel tal-ħitan tagħha,
U jħobbu anki t-trab tagħha.
15 Il-popli se juru rispett kbir lejn* isem Ġeħova,
U r-rejiet kollha tal-art se jindunaw bil-glorja tiegħek.
16 Għax Ġeħova se jerġaʼ jibni lil Sijon;
Hu se juri kemm hu b’saħħtu.
17 Hu se jismaʼ t-talba taʼ dawk fil-bżonn;
Mhux se jinjora t-talba tagħhom.
19 Għax Ġeħova jħares ’l isfel mill-post qaddis tiegħu,
U jara l-art mis-sema,
20 Biex jismaʼ l-biki tal-priġunieri
U jeħles lil dawk ikkundannati għall-mewt.
21 B’hekk isem Ġeħova jiġi mxandar f’Sijon
U jiġi mfaħħar f’Ġerusalemm,
22 Meta l-popli u s-saltniet
Jinġabru flimkien biex jaqdu lil Ġeħova.
23 Hu ħadli saħħti qabel il-waqt;
Qassarli ħajti.
24 Jien għedt: “Alla tiegħi, int li tgħix għal dejjem,
Teqridnix qabel nixjieħ.
25 Żmien twil ilu int għamilt il-pedament tal-art,
U għamilt is-sema.
26 Huma se jispiċċaw, imma int se tibqaʼ teżisti;
Dawn se jitmermru bħall-ħwejjeġ.
Bħall-ħwejjeġ, dawn se jispiċċaw u tbiddilhom.
27 Imma int tibqaʼ l-istess, u s-snin tiegħek ma jispiċċawx.
28 It-tfal tal-qaddejja tiegħek se jgħixu fis-sigurtà;
U dawk li se jiġu minnhom jibqgħu quddiemek għal dejjem.”