Salm
Għanja għal jum is-Sabat.
92 Hu tajjeb li jien nirringrazzjak, Ġeħova,
U li nfaħħar bil-kant lil* ismek, l-Iktar Għoli,
2 Li nxandar l-imħabba* tiegħek filgħodu
U l-lealtà tiegħek billejl.
4 Għax int, Ġeħova, ferraħtni b’dak li għamilt;
Jien għajjatt bil-ferħ minħabba xogħol idejk.
5 Ġeħova, kemm huma tal-għaġeb l-affarijiet li għamilt!
Int għaref ħafna.
6 Xi ħadd bla raġuni ma jistax ikun jaf dan;
U xi ħadd iblah ma jistax jifhem dan:
7 Anki jekk il-ħżiena jinbtu bħall-ħaxix ħażin
U dawk li jagħmlu l-ħażin jirnexxu,
Huma se jinqerdu għal dejjem.
8 Imma int, Ġeħova, se tibqaʼ fl-ogħla pożizzjoni għal dejjem.
9 Ġeħova, ħares lejn l-għedewwa tiegħek.
Żgur li hemm qerda tistenniehom;
Dawk kollha li jagħmlu l-ħażen se jiġu mxerrdin.
11 Se nara lill-għedewwa tiegħi jitilfu;
Se nismaʼ dwar it-telfa taʼ dawn l-irġiel ħżiena li jattakkawni.
12 Imma n-nies sewwa se jikbru bħal siġar tal-palm;
U jogħlew bħas-siġar taċ-ċedri tal-Libanu.
13 Huma mħawlin fid-dar taʼ Ġeħova;
Huma jikbru fil-btieħi tad-dar tal-Alla tagħna.
14 Anki meta jixjieħu* se jibqgħu jagħtu l-frott.
Dawn se jibqgħu b’saħħithom u mimlijin ħajja,
15 Dawn ixandru li Ġeħova hu ġust.
Hu l-Blata tiegħi, u qatt ma jagħmel xi ħaġa ħażina.