Salm
114 Meta Iżrael ħareġ mill-Eġittu,
Meta d-dar taʼ Ġakobb ħarġet minn fost in-nies li kienu jitkellmu lingwa barranija,
2 Ġuda sar il-post qaddis* t’Alla,
U Iżrael sar tiegħu.
3 Meta l-baħar ra l-poplu ġej, infetaħ,
U mix-Xmara Ġordan ma baqax għaddej ilma.
4 Il-muntanji qabżu bħal muntun
U l-għoljiet bħal ħaruf.
5 X’ġiegħlek tinfetaħ, baħar?
Għala l-ilma ma baqax għaddej minnek, Xmara Ġordan?
6 Għala qbiżtu bħal muntun, muntanji,
U bħall-ħrief, għoljiet?