Salm
Għanja tat-Tlajjaʼ.*
3 Int li tqarraq, taf x’se jagħmillek Alla u kif se jikkastigak?*
4 Se tiġi kkastigat bi vleġeġ taʼ gwerrier
U b’ġamar jaqbad.
5 Ħażin għalija, għax jien għext bħala barrani f’Mesek!
Għext fost it-tined taʼ Kedar.
6 Ili wisq ngħix
Maʼ dawk li jobogħdu l-paċi.
7 Jien nitkellem fuq il-paċi,
Imma huma moħħhom fil-ġlied.