Salm
Għanja taʼ David.
108 Qalbi hi leali lejk, Alla tiegħi.
Jien se nkanta u ndoqq b’qalbi kollha.
2 Jien se nqum qabel ma titlaʼ x-xemx.
Irrid indoqq l-arpa u strumenti tal-korda oħra.
5 Uri l-kobor tiegħek fis-sema, Alla tiegħi;
Jalla d-dinja kollha tara l-glorja tiegħek.
“Jien se nifraħ meta nagħti lil Sikem bħala wirt,
U naqsam u nagħti l-Wied* taʼ Sukkot lil min irrid jien.
8 Gilegħad u Manasse huma tiegħi,
Efrajm hu l-elmu* għal rasi,
U Ġuda hu l-bastun li juri l-awtorità tiegħi.
9 Mowab hu l-friskatur fejn naħsel saqajja.
Jien se nitfaʼ s-sandli tiegħi fuq Edom.
Jien se ngħajjat bil-ferħ għax se nirbaħ lill-Filistja.”
10 Min se jiħodni lejn il-belt iffortifikata?
Min se jmexxini s’Edom?
11 Alla tiegħi, int se tagħtina dik ir-rebħa!
Imma int warrabtna
U mhux qed tmexxi l-armati tagħna.
12 Għinna fi żmien taʼ inkwiet,
Għax għalxejn nittamaw li niġu salvati mill-bniedem.
13 Permezz t’Alla, aħna se jkollna s-saħħa,
U hu se jgħaffeġ lill-għedewwa tagħna.